Mara tinstab mejta fi freezer sitt snin wara li kienet rapportata nieqsa

  • Mej 14, 2019 19:00
  • Miktub minn iNews
"

    Mara minn Florida li kienet irrapportata nieqsa sitt snin ilu nstabet mejta fi freezer li tneħħa minn appartament ta’ raġel li miet. Il-mara nstabet nhar il-15 ta’ Marzu li għadda minn negozjanta, Lilian Argueta, wara li din fetħet il-freezer li kien ittieħed għall-iscrap.

    Il-vittma hija Heather Lacey, omm ta’ żewġ itfal li kellha 29 sena meta kienet rapportata nieqsa.

    Il-midja Amerikana qed tirrapporta li l-mara nstabet f’pożizzjoni li tindika li l-mara kienet qed tagħmel is-saħħa biex toħroġ mill-freezer.

    Kien missier il-mara, Randell Lacey, li rrapporta lil bintu nieqsa lill-Pulizija f’Diċembru tal-2013. Fir-rapport tiegħu huwa kien informa lill-pulizija li bintu ma kellhiex saqaf fuq rasha u kienet tbati mill-kundizzjoni tal-bipolar.

    Qraba tal-mara qalu li hija kienet tabbuża minn droga, u kienet ġiet arrestata kemm-il darba għal pussess ta’ droga u prostituzzjoni. Hija kienet intbagħtet ukoll sena l-ħabs talli wara li kienet instbet ħatja b’iffalsikar ta’ ċekk u frodi ta’ identità.

    Intant il-freezer li l-mara nstabet fih kien tneħħa mill-appartament ta’ Jonathan Escarzaga li kien instab mejjet fl-appartament tiegħu nhar is-17 ta’ Frar li għadda. Il-Pulizija qalu li ma jafux jekk Escarzaga kienx jaf lill-mara jew jekk kellux rwol fil-qtil tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0