Twissija ta' tsunami f'Papua New Guinea wara terremot qawwi

  • Mej 14, 2019 16:50
  • Miktub minn iNews
"

    Twissija dwar tsunami nħarġet għall-kosta kollha ta’ Papua New Guinea wara terremot ta’ qawwa 7.7 fuq l-Iskala Richter. It-twissija kienet estiża wkoll għall-Gżejjer Solomon.

    It-terremot seħħ għall-ħabta tal-11.00 p.m. ħin lokali u seħħ madwar 45 kilometru ’l bogħod mill-gżira ta’ Kokopo.

    Iċ-Ċentru għal Twissijiet ta’ Tsunami fil-Paċifiku qal li hemm il-possibbiltà li mewġ kbir jaf jolqot lil żona li testendi sa 1,000 kilometru mill-epiċentru tul il-kosta ta’ Papua New Guinea u l-Gżejjer Solomon.

    Fl-istess waqt iċ-Ċentru żied jgħid li mill-informazzjoni disponibbli m’hemm l-ebda theddida ta’ tsunami għall-Hawaii.

    L-Istħarr Ġeoloġiku tal-Istati Uniti qal li t-terremot seħħ f’fond ta’ madwar 10 kilometri.

    Fis-7 ta’ Mejju li għadda Papua New Guinea intlaqtet minn terremot ta’ qawwa ta’ 7.2 fuq l-Iskala Richter, li saħansitra nħass mill-Awstralja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0