Lewis Hamilton b'sorpriża mill-isbaħ lil tifel b'marda terminali … “Ġest li jimliena b’kuraġġ”

  • Mej 14, 2019 11:10
  • Miktub minn iNews
"

    Tifel li qed jiffaċċja marda terminali ngħata sorpriza mill-isbaħ mis-sewwieq tal-Formula Wieħed Lewis Hamilton. It-tifel bagħat l-awgurju lil Hamilton li jirbaħ it-tiġrija tal-Ħadd li għadda li żvolġiet fi Spanja, b’Hamilton ikun emozzjonat mill-istorja tat-tifel u jiddeċiedi li jorganizzalu sorpriża li żgur ma kinitx mistennija.

    Hamilton żvela li kien ispirat mill-messaġġ li bagħatlu ċ-ċkejken Harry Shaw, li għandu ħames snin u qed jikkumbatti l-marda tal-kanċer li żviluppatlu fl-għadam, bit-tobba riċentement jgħidu li t-tifel għad għandu biss ġimgħa ħajja.

    Bil-għan li jnissillu tbissima, Hamilton bagħatlu għadd ta’ affarijiet uniċi, fosthom replika tal-karozza li jsuq fil-kampjonat tal-Formula Wieħed, u t-trofew li rebaħ fit-tiġrija ta’ Spanja.

    “Ma nistax niddeskrivi kemm dan ifisser għal ibni, li Hamilton iddedika r-rebħ tat-tiġrija fi Spanja għal ibni,” saħaq missier it-tifel, James Shaw.

    “Fi żmien partikolarment diffiċli f’ħajjitna, dan il-ġest jimliena b’kuraġġ. Harry jħobb il-karozzi, u minkejja li jinsab dgħajjef, il-ħin kollu jistaqsini dwar aspetti differenti tal-karozzi,” huwa żied jgħid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0