Traġedja fl-Alaska … Ħamsa jmutu u 10 jindarbu hekk kif żewġ ajruplani jidħlu f'xulxin f'nofs l-ajru

  • Mej 14, 2019 08:47
  • Miktub minn iNews
"

     

    Ħames persuni mietu, b’persuna oħra għadha rapportata nieqsa wara li żewġ ajruplani ħabtu f’nofs l-ajru viċin il-belt ta’ Ketchikan fl-Alaska. F’dan l-inċident indarbu wkoll 10 persuni oħrajn.

    Kelliemi għall-Amministrazzjoni Federali għall-Avjazzjoni saħaq li għadu mhux magħruf x’wassal biex inħoloq dan l-inċident.

    Ħdax-il passiġġier kienu fuq wieħed mill-ajruplani tat-tip Havilland Otter DHC-3. Għaxra minn dawk il-passiġġieri ttieħdu fi sptar lokali f’Ketchikan, b’wieħed mill-pazjenti deskritt li jinsab f’qagħda kritika.

    Dan filwaqt li ħames persuni kienu fuq l-ajruplan l-ieħor tat-tip Havilland DHC-2 Beaver.

    Il-biċċa l-kbir ta’ dawk involuti kienu passiġġieri abbord il-cruisliner Royal Princess.

    Stqarrija mill-kumpanija Princess Cruises kienet tgħid li għaxar mill-passiġġieri tagħha u bdot kienu abbord wieħed mill-ajruplani li kien operat minn Taquan Air. Il-passiġġieri kienu qed jieħdu sehem f’tour fl-inħawi ta’ Misty Fjords.

    Il-każ qed ikun investigat mill-FAA u l-Bord Nazzjonali għas-sigurtà tat-Trasport.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0