''L-artisti Maltin u Għawdxin għandhom isibu aktar spazju fl-Ewropa għax it-talent fostna hu kbir ħafna''

  • Mej 13, 2019 13:02
  • Miktub minn iNews
"

    L-artisti Maltin u Għawdxin jistgħu u għandhom jipprovaw isibu aktar spazju biex il-kreazzjonijiet tagħhom isiru magħrufa aħjar fl-Ewropa għax it-talent fostna hu kbir ħafna, waqt  li l-Gvern għandu jkompli jżid is-sussidju li jagħti lill-artisti Maltin u Għawdxin. Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa li kellu ma’ artisti minn oqsma differenti tal-ħajja  fit-Teatru Manoel fejn qasmu miegħu l-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom.

    Alfred Sant innota li l-artisti lokali telqu lejn it-triq tal-professjonalita` imma fadal xi jsir. 

    “Minn dak li ntqal fid-diskussjoni, jidher li minkejja l-progress kbir li sar matul is-snin, fil-qasam artistiku u kulturali jeħtieġ aktar taħriġ strutturat li jsaħħaħ is-sens ta’ dixxiplina u ambizzjoni professjonali fost l-artisti tagħna.”

    Alfred Sant qabel mal-argument li l-arti – mużika, id-drama u l-performing arts – iridu jkunu sussidjati aktar. 

    “Sar ħafna li hu tajjeb u ta riżultati mill-aqwa biex l-artisti Maltin isibu fejn jimirħu bil-kreattività tagħhom kemm f’Malta, kemm barra. Irridu nkomplu nsaħħu dal-binarju ta’ ħidma.”

    Sant qal li fondi Ewropej jistgħu jintużaw biex ikattru skambji bejn artisti u studjużi żgħażagħ minn pajjiżi differenti. Proġett ġdid tal-Kummissjoni varat f’April ta’ dis-sena, i-Portunus, jipprovdi għal dan u artisti Maltin jistgħu japplikaw biex ikunu jistgħu jqattgħu sa tliet xhur f’pajjiż Ewropew ħalli jġeddu l-esperjenza artistika tagħhom.

     “Waħda mill-isbaħ esperjenzi tiegħi fi Brussell fl-aħħar ħames snin kienet meta l-uffiċċju tiegħi tella’ wirja ta’ artisti Għawdxin fil-Parlament Ewropew.”

    Alfred Sant tkellem dwar il-ħtiega ta’ sala nazzjonali għall-kunċerti. Min-naħa l-oħra, meta wieħed iqis id-daqs tagħna wieħed jifhem li tagħmel sens li faċilità tkun tista’ tintuża għal diversi skopijiet, inkella tispiċċa ma tintużax għal parti kbira tas-sena.

    Ġew diskussi għadd ta’ temi fosthom il-copyright directive Ewropea biex tipproteġi d-drittijiet tal-artisti fid-dinja diġitali, is-sehem tal-kompożituri Maltin fil-Eurovision, manutenzjoni f’teatri madwar Malta u Għawdex, il-proġett ta’ re-climatisation fit-Teatru Manoel. Issemmiet l-idea li l-UE missha tikkrea l-idea ta’ kif is-settur kulturali ta’ pajjiż jesponi l-arti u l-mużika ta’ pajjiżi oħra biex b’hekk l-artisti jkunu konxji tax-xogħol li qed jagħmlu sħabhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0