Żieda ta' aktar minn żewġ miljuni fil-boroż ta' studju

  • Ġun 15, 2013 15:31
  • Miktub minn

    Hekk kif kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet bit-tema l-Edukazzjoni l-Ewwel fl-MCST fil-Kalkara, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li fil-qasam tal-edukazzjoni dan kien gvern li wettaq.

    Fost l-affarijiet li semma, Bartolo qal li n-nefqa fuq il-boroż ta' studju għall-Masters u Dottorat żdiedet b'€2 miljuni. Il-boroż ta' studju issa huma aktar inklussivi u jirriżultaw f'77 fil-mija tal-applikazzjonijiet. Huwa qal ukoll li l-gvern investa €15-il miljun għall-manutenzjoni tal-bini fl-iskejjel kollha tal-istat.

    Semma t-tnedija tal-istrateġija nazzjonali fil-litteriżmu u l-pubblikazzjoni tal-istudji, tal-PIRLS, TIMSS u PISA biex b'hekk il-proċess ta' konsultazzjoni jkun aktar miftuħ. Fakkar ukoll fl-inizjattiva Jobs+, inizjattiva li l-għan tagħha hu li tqabbel il-ħiliet individwali mal-impjieg li wieħed ikollu bżonn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Ġun 15, 2013

    Filwaqt li niringrazzja lill Ministru għall ħidma tiegħu. Nixtieq li jidħol fi seħħ ma kurikulum it-tagħlim ta l-ewwel għajnuna "FIRST AID". Ikun tajjeb li uliedna jkunu mħarġġa tejoritikament u anke bi ftit prattika f' dan il- qasam.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 15, 2013

    Ajar isir xi haga dwar l uniformijiet tas sekondarja qabel ma nonfqu xi €300 ghal uniformi biex blazer bil kemm jintuza. Mela hafna skejjel privati abolixxew il blazer u skejjel tal gvern spiicaw ineffqu flus fil vojt lil genituri.

    Irrispondi