''L-Għawdxin mhumiex attraenti... forsi għax jieklu ħafna pastizzi''

  • Mej 11, 2019 16:52
  • Miktub minn iNews
"

    L-Għawdxin mhumiex xi nies attraenti u x’aktarx il-pastizzi u n-nuqqas ta’ eżerċizzju huma tnejn mir-raġunijiet li qegħdin jikkawżaw biex l-obesità tkompli tiżdied. Hekk beda biex jikteb Mark Palmer f’artiklu ppubblikat minnu fuq DailyMail bħala editur tal-ivjaġġar.

    Rigward il-bini huwa kiteb dwar djar li ma jaqbżux it-tliet sulari għax xejn għola mhu aċċettat. 

    Rigward is-sgurtà fil-post, huwa żied jgħid li fi tlett ijiem ma ltaqax ma’ pulizija wieħed jew xi attitudni mhux mixtieqa.

    Huwa faħħar il-fatt li tazza inbid lokali tajba hija rħisa u kellu kliem ta’ tifħir għal ċertu ristoranti.

    Palmer ma naqasx milli jfaħħar postijiet bħalma huma ċ-Ċittadella u l-Ġgantija

    Mal-imsemmi ġurnalist xejn ma niżlu tajjeb xi appartamenti li hemm ix-Xlendi u Marsalforn u ddeskrivihom bħala “koroh”.

    Rigward il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex fl-opinjoni tiegħu jaf tkun xi ħaġa li żżid il-kummerċ iżda jaf tkun ukoll deċiżjoni li tibdel ’il Għawdex b’tali mod li ma jkunx jista’ jitreġġa’ l-arloġġ lura.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0