Investiment ta’ €4.2 miljun għal ‘waterpolo pitch’ ġdid f’Marsaskala

  • Mej 11, 2019 13:36
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet fix-xatt ta’ Marsaskala, il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, ħabbar il-proġett ta’ kumpless tal-waterpolo f’Marsaskala b’investiment ta’ €4.2 miljun permezz ta’ fondi minn Sport Malta.

    Il-Prim Ministru qal li permezz ta’ dan il-proġett il-gvern qed ikompli jinvesti fil-komunità ta’ Marsaskala billi jagħti żvog lit-tfal u liż-żgħażagħ tal-lokal li ħaqqu faċilitajiet għall-familji u kumpens ambjentali għall-iżvilupp industrijali li sar matul is-snin. Qal li l-gvern għandu viżjoni għall-waterpolo u jrid li f’dan l-isport inkomplu niksbu aktar riżultati tajbin u ngħollu l-livell. 

    Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-proġett immexxi minn Sport Malta se jkun ta’ livell internazzjonali fejn jista’ jintlagħab logħob tal-waterpolo kif ukoll taħriġ tal-għawm. Il-proġett, li mistenni jitlesta fl-2020, se jikkumplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport. Din hi turija ċara li l-gvern hu impenjat li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura sportiva biex ikompli jgħolli u jilħaq livelli ta’ suċċess fl-isport f’pajjiżna. 

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar qal li dan l-proġett hu parti minn serje ta` proġetti oħra relatati mal-isport akwatiku. Barra l-proġett tal-pixxina ta’ Birżebbuġa u l-pixxina indoor fil-Kottonera li tinsab fit-tielet u fl-aħħar fażi tagħha, din il-pixxina se toffri iktar possibbiltajiet ta’ taħriġ għall-atleti u għal min irid juża l-għawm bħala eżerċizzju fiżiku. Qal li kif titlesta din il-pixxina, Sport Malta se jgħin lill-klabb biex il-pixxina tkun tista’ tiġi użata matul is-sena kollha mhux biss mill-klabbs tal-lokal iżda anke minn klabbs oħra fil-madwar. 

    Din il-faċilità ta’ livell internazzjonali se tkun tista’ tospita logħob tal-waterpolo internazzjonali kif ukoll tkun faċilità għat-taħriġ tal-għawm u tal-waterpolo. Il-faċilità se tkun mgħammra bl-aħħar teknoloġija favur l-ambjent f’dak li għandu x’jaqsam mat-tisħin u mal-ħażna tal-ilma. Il-pixxina l-ġdida se tiġi żviluppata fiż-żona magħrufa bħala tas-‘Siberia’ li tinsab eżattament in-naħa l-oħra tal-pitch eżistenti.

    Il-faċilità ħa tkun maqsuma fuq żewg livelli. Fil-livell ta’ fuq se jkun hemm żona tal-promenade fejn wieħed ikun jista’ jara l-attività minn fuq deck area fejn ħa jkun hemm ristorant. Il-faċilità se tkun mgħammra b’changing rooms, kmamar għall-ħażna tal-oġġetti, kmamar attrezzati għall-ewwel għajnuna u kmamar b’użu differenti għall-kumitat tal-klabb. Fil-livell ta’ taħt l-art se jkun hemm l-imħażen tar-ristorant u tal-klabb, reservoir tal-ilma, back wash tal-pixxina, kamra bil-pompi, pompi għat-tisħin u ballast tanks tal-pixxina.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0