Aġġornat: Oliver Friggieri jmexxi fondazzjoni għall-Festi Nazzjonali

  • Ġun 15, 2013 11:11
  • Miktub minn
"

    Aġġornat: Il-Gvern qal li huwa xieraq li d-diversi anniversarji li se jkollna fiż-żmien li ġej jiġu mfakkra b’mod nazzjonali bħala poplu wieħed u kien għalhekk li l-Gvern ġdid iddeċieda li jaħtar il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Maltin, taħt l-awspiċi tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

    Il-Fondazzjoni se jkollha l-għan li tfassal programm dinjituż u ta' Għaqda Nazzjonali għal dawn l-avvenimenti.

    Il-gvern ikkonferma li t-tmexxija tal-Fondazzjoni ġiet fdata f'idejn il-Professur Oliver Friggieri, li huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa akkademiċi tal-ilsien u letteratura Maltija, u li f'kitbietu dejjemħadem ghall-identita' Nazzjonali.

    Il-membri li se jingħaqdu mal-Professur Friggieri ġejjin minn kull qasam tal-ħajja u huma:

    • Albert Marshall – Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura, Viċi-Chairman tal-PBS, ex Kap Ezekuttiv ta' PBS u ONE, kittieb teatrali.

    • Simone Mizzi – President Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa u intraprenditrici.

    • Dr Philip Farrugia Randon – Avukat u storiku tal-arti

    • John Zarb – Espert finanzjarju u Senior Partner ta’ Price Waterhouse Coopers

    • Jason Busuttil – Direttur f’ONE Productions Ltd u direttur televiziv ewlieni.

    • Lou Bondi – Preżentatur televiżiv u responsabbli miċ-ċelebrazzjonijiet tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

    • Lino Farrugia – Direttur u espert fil-qasam teatrali, u responsabbli minn produzzjonijiet televiżivi fuq l-istazzjonijiet PBS u ONE.

    • Andrea Cassar – Preżentattriċi u produttrici televiziva, u intraprenditriċi.

    • Gianni Zammit – DJ u mużiċist

    • Professur Ray Mangion – Professur fl-istorja tal-liġi u riċerkatur ewlieni.

    • Mario Farrugia Borg – Uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

    L-ewwel laqgħa tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Maltin saret f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru Louis Grech u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar.

    Filwaqt li rringrazzja lill-membri kollha li aċċettaw l-istedina tal-Gvern, il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-Fondazzjoni hija magħmula minn personalitajiet fil-qasam finanzjarju, storiku, televiżiv, teatrali u legali, fost oħrajn. Huma wkoll ġejjin minn ġenerazzjonijiet differenti.

    Din hija xhieda, qal il-Prim Minsitru, li l-Gvern irid li l-poplu kollu jħoss li ċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali huma tiegħu.

    Iktar qabel: Il-gvern mistenni jwaqqaf fondazzjoni bil-għan li tikkordina ċ-ċelebrazzjoni tal-Festi Nazzjonali, is-sena d-dieħla.

    Dan fid-dawl li Malta se tiċċelebra l-50 sena mill-Indipendenza, l-40 anniversarju mir-Repubblika, il-35 sena minn Jum il-Ħelsien u l-għaxar sena mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

    inewsmalta.com huwa nfurmat li l-Professur Oliver Friggieri għandu jkun iċ-ċermen ta’ din il-fondazzjoni filwaqt li persuni oħra jinkludu lil Albert Marshall, Andrea Cassar, Lou Bondi, DJ Ganni u Jason Busuttil. Nifhmu li ma' dawn għandu jkun hemm membri oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    97