Il-glyphosate mhux ta' periklu għas-saħħa

  • Ġun 15, 2013 09:52
  • Miktub minn

    Wara storja li dehret f'ċertu setturi tal-midja, fi stqarrija, il-Gvern Malti assigura lill-pubbliku li jsiru t-testijiet kollha meħtieġa biex ikun aċċertat li kwalunkwe prodott agrikolu li jiġi ikkunsmat mill-pubbliku mhuwiex ta’ periklu għas-saħħa tal-konsumatur lokali. Din l-istorja kienet ippubblikata wara rapport tal-Friends of the Earth.

    “Il-glyphosate hija sustanza li hija permessa li tintuża fl-Unjoni Ewropeja bħala erbiċida, dan wara li regolarment tkun evalwata ammont ta’ informazzjoni estensiva dwar din is-sustanza li tinkludi informazzjoni dwar l-effetti fil-bniedem u l-ambjent u dwar l-użu ta’ din is-sustanza. Mill-informazzjoni li hawn illum, huwa mifhum li din is-sustanza għandha tossiċità baxxa ħafna fil-bniedem u skont l-evalwazzjoni li saret, mitluba mir-regolament Ewropew ta’ din is-sustanza, l-użu skont il-kundizzjonijiet li jinstabu fuq it-tikketta ma jwassalx għall-periklu mhux aċċetabbli għall-ambjent u għall-bniedem. Din l-informazzjoni hija pubblikament aċċessibli mis-sit tal-European Food Safety Authority kif ukoll tal-Kummisjoni Ewropea,” intqal fl-istqarrija.

    Eżempju ta’ użu ta’ din is-sustanza huwa kontra ħaxix ħazin f’żoni pubbliċi (roundabouts central strips u bankini), u f’ġonna. Ta’ min jgħid li mhux normali li dan it-tip ta’ pestiċida tintuża fl-attività agrikola lokali. Sabiex wieħed dejjem inaqqas l-espożizzjoni għall-pubbliku minn bexx, anke skond kif inhu mitlub mill-pjan ta’ azzjoni għall-użu sostenibbli ta’ pestiċidi, huwa rikjest li kemm jista’ jkun xogħol ta’ eradikazzjoni ta’ ħaxix ħażin għandu jsir permezz ta’ metodi fiżiċi, u jekk ma jistax jsir b’dan il-mod l-użu ta’ erbiċidi għandu jsir meta jkun hemm l-inqas attività ta’ nies.

    “Biex wieħed iserraħ il-moħħ il-pubbliku Malti ta’ min jġħid li mill-analiżi li saret mill-2010 sal-llum (li ssir kull sena), fuq frott, ħxejjex u prodotti ta’ oriġini t’annimali, ma instabu ebda traċċi ta’ glyphosate fil-kampjuni li ttieħdu lokalment. Dawn it-testijiet isiru f’laboratorji speċjalizzati u akkredidati barranin,” intqal fl-istqarrija.

    “Qabel wieħed jislet konklużjonijiet minn dan ir-rapport tal-Friends of the Earth tajjeb li tiġi evalwata l-validità tan-numru ta’ kampjuni li ttieħdu, l-metodu ta’ kif ġew ittestjati, informazzjoni dwar l-espożizzjoni tan-nies li itteħdulhom il-kampjuni u l-metidoloġija fl-istatistika li ntużat. Dan ir-rapport tal-Friends of the Earth għandu jiġi studjat sabiex tinstab l-oriġini ta’ din is-sustanza fil-kampjuni li ttieħdu fuq livell Ewropew, u jekk hemm xi periklu li jirriżulta mill-prodotti li fihom il-glyyphosate, jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi assigurata s-saħħa tal-pubbliku Malti,” żiedet tgħid l-istqarrija.

    Ritratt: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Ġun 15, 2013

    L-aħjar li fejn wieħed jista' jkabbar il-prodotti tiegħu huwa stess u jkollu l-bir tiegħu u jiccekkja l-ilma għax ħlief kimici fl-ikel mhux qed ikun hemm.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 15, 2013

    Il Bambin biss jaf x dihel gol istonku taghna.X ma jkunx hawn mard.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 15, 2013

    I think this is an extremely biased and irresponsible article. As a minimum different research should h

    Irrispondi
  •  

Facebook