Lotterija ta’ eCabs Twassal għal 26,000 Download ta’ l-App

  • Mej 09, 2019 15:46
  • Miktub minn iNews
"

    ‘Il fuq minn 26,000 persuna installaw l-App ta’ eCabs bejn Jannar u April ta’ din is-sena. Matul dan il-perijodu fil-fatt, kienet organiżżata lotterija minn eCabs, b’kollaborazzjoni ma’ Michael Attard Ltd, bħala parti mill-promozzjoni ta’ l-App ġdida tal-kumpanija. ‘Il fuq minn 80,000 vjaġġ kienu bbukkjati permezz ta’ l-app matul dan l-istess perijodu. 

    Kull persuna li niżżlet l-app u bbukkjat vjaġġ bl-eCabs irċeviet biljett tal-lotterija permezz ta’ l-email. Il-lotterija ġġenerat ‘il fuq minn 100,000 biljett fejn finalment, ir-rebbieħa, Khalila Wanalia Astwood rebħet il-premju ta’ Peugeot 108 ġdida.

    Nicholas Attard, Chief Officer, Marketing and Business Development ta’ eCabs qal li “il-fatt li din il-kampanja ġġenerat 80,000 vjaġġ ieħor ifisser li iżjed nies gawdew l-esperjenza eCabs u llum, jafu aħjar x’inhu l-valur li jgawdu meta jibbukkjaw vjaġġ magħna. Vjaġġ ma’ eCabs ifisser servizz li huwa puntwali, jopera f’ħin reali u huwa ta’ l-ogħla livell b’mod konsistenti.”

    Il-mobile app ta’ eCabs hija mezz faċli ħafna kif wieħed jibbukkja vjaġġ fi ftit sekondi. Waħda mill-features ewlenin ta’ din l-app hija li hekk kif tibbukkja l-karozza, tista’ ssegwi f’ħin reali fejn tkun waslet il-karozza. Vantaġġ ieħor importanti huwa li meta wieħed jibbukkja bil-quddiem, permezz ta’ l-app, il-klijent igawdi rati iżjed vantaġġjużi.

    “Fl-aħħar mill-aħħar, filwaqt li huwa importanti li nibqgħu inwasslu iżjed valur permezz ta’ kompetizzjonijiet bħal dawn, l-iżjed ħaġa importanti għalina hija li n-nies tinduna bil-faċilita’ ta’ l-użu ta’ l-app, li aħna nikkunsidraw bħala l-qafas tas-servizz tagħna u ta’ dak kollu li l-kumpanija eCabs tirrappreżenta,” żied Nicholas Attard.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0