Il-Pulizija b’akkużi kontra “patri abbużiv”

  • Ġun 15, 2013 06:45
  • Miktub minn
"

    Tagħrif li għandu inewsmalta.com jgħid li l-pulizija ħarġet l-akkużi kontra patri li allegatament abbuża minn mara li anke għaddiet minn perjodu twal ta’ dipressjoni. Jirriżulta li dan il-patri abbuża minn din il-mara fl-iktar mumenti vulnerabbli ta' ħajjita.

    It-tagħrif li għandna ma kienx ikkonfermat uffiċjalment hekk kif kelliem għall-korp tal-pulizija kwota l-liġi tal-pulizija biex ma jagħmilx dan. “Il-Pulizija m’għandhomx joħorġu lill-istampa, sew direttament sew indirettament, xi informazzjoni dwar l-identità tal-persuna li tkun se tiġi akkużata quddiem il-qrati jew b’xi investigazzjoni li tkun tirrigwarda lil xi ħadd suspettat,” tgħid din il-parti tal-liġi li rreferiena għalih il-kelliem tal-pulizija.

    Dan il-każ imur lura diversi snin. Ġimgħat ilu żvelajna kif fi kwerela lill-Korp tal-Pulizija l-mara żvelat li l-Isqof talabha taħfer patri li “abbużaha”. Il-mara qiegħda tallega abbuż fiżiku u emozzjonali minn dan il-membru prominenti tal-kleru.

    Il-mara tirrakonta kif dan il-patri, li jiġi ħu żewġha (li minn miegħu spiċċat annulat), kien ilu li beda jieħu ċerti kunfidenzi. Bit-tkissir taż-żwieġ u d-diffikultajiet li bdiet tiltaqa’ magħhom spiċċat Mount Carmel. Appena ħarġet minn Mount Carmel reġa beda l-avvanz tal-qassis li kien jgħidilha “Int batejt ħafna u Ġesù jridni nħobbok.”

    Filwaqt li tagħti dettalji ta’ marki li l-qassis għandu fuq saqajh (biex tipprova r-relazzjonijiet intimi), issostni kif wara argument mal-qassis dan ċempel lit-tabib tagħha biex jgħidlu li hi kienet tiġri warajh. Żiedet kif it-tabib wissiha, u hawn iffaċjajtu bil-messaġġi (SMSs), u t-telefonati tal-qassis. Kien hawn li anke t-tabib saħaq li jkellmu persuni mlaħħqa fil-Kurja. “L-Isqof kien iċempilli spiss u jgħidli li jien kelli qalb kbira biżżejjed biex naħfer,” qalet din il-mara fl-affidavit tagħha.

    Fit-tweġiba tagħha lill-inewsmalta.com l-Arċidjoċesi ħasset li kellha tagħmel ċar li dan il-każ seħħ qabel ma’ Monsinjur Isqof Charles Scicluna ġie Malta bħala isqof awżiljarju. Filwaqt li jingħad ukoll li l-vittma kienet tkellem lill-Arċisqof Cremona qabel ma hu ħa din il-ħatra. Fuq kollox jirriżulta li l-każ kien investigat mir-Response Team u l-patri involut talab reviżjoni tal-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    23