Mitt jum f'rutina ġdida

  • Ġun 14, 2013 21:29
  • Miktub minn Daniela Attard Bezzina

    F’bitħa xemxija mimlija qsari u ġugarelli, inpartat kelmtejn ma’ tewmin bniet ta’ ħames snin dwar il-fkieren li jrabbu b’għożża kbira filwaqt li ommhom tlestili l-kafè u l-gallettini. Nistħajjilni qiegħda għand il-ħbieb u mhux fid-dar tal-Prim Ministru biex nintervista lill-mara tiegħu dwar l-ewwel mitt jum ta’ gvern ġdid.

    Mitt jum li raw lis-Sinjura Michelle Muscat ixxammar il-kmiem u tmidd idejha għall-ħidma pubblika aktar minn qatt qabel, filwaqt li tagħmel l-aħjar li tista’ biex iżżomm sens ta’ normalità fil-ħajja ta’ wliedha. Id-determinazzjoni ta’ din il-mara li flimkien ma’ żewġha twettaq bidla għall-aħjar tinħass f’kull kelma li tlissen.

    Tista’ tgħid li l-aħħar ġurnata fir-rutina passata tas-Sinjura Muscat kienet proprju dakinhar tal-elezzjoni ġenerali, fid-9 ta’ Marzu li għadda, u għalhekk l-ewwel ma staqsejtha kien x’tiftakar minnha u mill-għada, meta tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni.

    “Is-Sibt wara l-votazzjoni morna ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u rringrazzjajna lill-istaff kollu - tim tajjeb immens li magħhom inħossni qisni ma’ tal-familja. Ħassejt sens ta’ diqa - kemm għax għalkemm għamilna dak kollu li stajna ma konniex nafu x’se jkun ir-riżultat tal-elezzjoni, u kemm għax kont naf li jkun xi jkun ir-riżultat, l-affarijiet kienu se jinbidlu.

    Imbagħad ġejna d-dar ma’ koppja ħbieb tal-qalb tagħna. Jien kont moħħni fil-kaxxi tal-voti. Lil Joseph dawk ma jinteressawhx wisq għax huwa persuna prattika, imma lili dik il-fażi tal-wasla tal-kaxxi fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti tinteressani u għalhekk segwejniha fuq it-televixin sakemm kilna xi ħaġa.

    L-għada filgħodu bqajna d-dar nistennew ir-riżultat. Kont kalma ħafna għax dak hu n-natural tiegħi - nibqa’ kalma anke jekk dawk ta’ madwari jkunu eċitati. Bdew ġejjin l-ewwel indikazzjonijiet tar-rebħa imma jien bniedma realistika ħafna u qabel nara r-riżultati ma nagħmilhiex fatta. Għalhekk bqajt nistenna l-mument meta kien hemm ċertezza fir-riżultat.

    Hekk kif dan ir-riżultat tħabbar, bdew ġejjin tal-familja.

    Sorpriża ħelwa ħafna li apprezzajt immens kienet li malli ftaħna l-bieb ta’ barra biex noħorġu mid-dar, sibna ġemgħa ta’ ġirien jilqgħuna, inklużi nies ta’ fehma politika differenti minn tagħna. Il-villaġġ żgħir ta’ Burmarrad donnu ħass li jrid jingħaqad magħna f’dak il-mument.”

    Mit-Tlieta ta’ wara l-elezzjoni, bdiet rutina ġdida għall-Prim Ministru u martu, iżda mhux għal uliedhom. Kif qaltli s-Sinjura Muscat, “Billi t-tfal għadhom żgħar, ma ridniex inħarbtulhom ir-rutina li kienu mdorrijin biha u ppruvajna nżommuhielhom normali kemm jista’ jkun. Jien bqajt inwassalhom u mmur għalihom l-iskola kuljum, u neħodhom għal-lezzjonijiet tal-ballet u attivitajiet oħra li jkollhom. Missierhom baqa’ jqum kmieni kuljum biex ilibbishom u jqatta’ siegħa magħhom qabel jitilqu lejn l-iskola, għax filgħaxija mhux dejjem jilħaqhom imqajmin. Nippruvaw ninvolvuhom kemm nistgħu fl-impenji soċjali li jkollna, u huma adattaw ruħhom tajjeb ħafna għall-ħajja tagħna.”

    Għalkemm minn meta twieldu t-tfal fl-2007 s-Sinjura Muscat iddedikat il-parti l-kbira ta’ ħinha għat-trobbija ta’ wliedha, hija xorta waħda baqgħet dejjem involuta f’oqsma differenti tal-ħajja pubblika. Dan il-fatt ipprovdielha preparazzjoni tajba għall-ħajja li qed tgħix bħalissa bħala mart il-Prim Ministru, bl-impenji kollha li dan ir-rwol iġorr miegħu.

    “Ix-xogħol li qed nagħmel bħalissa mhuwiex ġdid għalkollox għalija,” qaltli s-Sinjura Muscat. “Huwa xogħol li nagħmlu bil-qalb u fuq bażi kompletament volontarja. Xogħol f’oqsma soċjali fejn il-pubbliku jfittxek biex tgħinu. In-nies ifittxuni biex noħloq kuxjenza dwar kawżi ġusti u karitatevoli, biex ngħin fi ġbir ta’ fondi u biex nagħti sehmi f’oqsma kulturali fejn iħossu li nista’ nkun ta’ għajnuna. Ifittxuni għall-għajnuna fuq bażi personali wkoll. Quddiem il-problema ta’ dak li jkun, ma tistax iddawwar wiċċek imma trid tgħin biex il-problema tissolva. Il-problemi huma ħafna u kullimkien, u inti trid tkun hemm imqar biex tisma’ lil dak li jkun jitkellem dwar il-problema tiegħu.”

    Is-Sinjura Muscat tagħmel ħafna mix-xogħol tagħha minn Villa Francia, Ħal Lija, li kienet ġiet restawrata iżda li magħha hemm ġnien li għadu abbandunat. “Din hija ħasra u rridu naraw b’mod serju kif fil-futur tingħata l-attenzjoni meħtieġa lil proġett biex dan il-ġnien jissebbaħ u jkun jista’ jitgawda min-nies,” qaltli.

    Imma kollox ma’ kollox kif tħares lura lejn dawn il-mitt jum ta’ gvern ġdid? Weġbitni bla tlaqliq u b’konvinzjoni. “Ħames snin ilu Joseph qal li se jagħmel terremot. It-terremot ġie u ma weġġa’ ħadd. Anzi l-Partit Laburista nbidel u evolva b'mod pożittiv, u l-istess irid jagħmel il-pajjiż - mhux b’xi bakketta maġika iżda bi proċess li jieħu ż-żmien. Aħna bil-għaqal, u l-għaqal ifisser deċiżjonijiet f’waqthom biex ma jbati ħadd u ma jsirux inġustizzji ġodda.

    Inħoss li waħda mill-akbar sfidi tagħna hi li n-nies jifhmu li l-affarijiet iridu jsiru bis-serjetà u bid-dixxiplina, u li dak li ġie traskurat fl-imgħoddi rridu nindirizzawh u ma nqisuhx bħala piż żejjed. Il-flus tal-poplu jridu jintefqu kif suppost. It-tmexxija trid tkun serja u ħielsa mill-korruzzjoni. Forsi hemm min għall-bidu jsibha diffiċli biex jaċċetta d-dixxiplina, imma nemmen li fil-fond ta’ qalbu kulħadd jaf li t-triq it-tajba hija din.

    Dawn il-mitt jum narahom bħala l-bidu ta’ proġett kbir għal pajjiżna. F’mitt jum ma tagħmilx monument, imma pedament. U dan hu dak li għamilna b’enerġija kbira: il-pedament biex insewwu dal-pajjiż li verament jinħtieġ bidla f’kollox u f’kull livell. Issa beda ż-żmien ta’ dik il-bidla.”

    Ritratti: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 27

  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    artiklu helu. inewsmalta ma tistghux imam ma tghidux li intom biased u xxaqilbu lejn in-naha xellugija.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Prosit inews. Storja helwa hafna ta'familja b'ghozza kbira b'ritratt ta' mara sabiha b'qalb kbira u zewg angli mahha. Tal-GENN.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    May God bless this beautiful and humble family.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Artiklu sabih tiehu pjacir tara u taqra familja umli hekk u imzejna b'kollox Alla jbierek dejjem. lilkom u Prim Ministru taghna wkoll Grazzi ta xoghol taghkom,il poplu Malti japprezza.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    xi gmiel, xi hlewwa, x'kalmezza, xi bravura, xi hniena, x'kalma u x'normalita etc etc. Ha taghmel xi terrimot is-Sinjura Muscat ukoll?? Nistennew u naraw ::),),),

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Proset iNEWS..il veru mara helwa u ta karattru li jigbdek mara tal familja u thobb lil proxxmu taghna... God bless you Michelle and your lovely family...Best wishes for the future.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    @passion, Mid dera mahruq iktar mill faham f BBQ!!!!!!!! LOL

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    @ jien X gahndu x jaqsam li inews biased..fuq min trid tikteb Daniela fuq Simon...xi tridu jghidlek kif dahhal lilu u il partit tieghu GASS DOWN GOL HAJT ghax hekk biss kien jiehu pjacir jghid.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    "F’mitt jum ma tagħmilx monu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Behind every successful man there is a strong, wise and hardworking woman. God Bless Joseph and Michelle's beautiful family.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    @jien.......Ghaliex ghaziz jien qed tghid li iNews hija biased u ix xaqleb lejn in naha tax xellug ghax gabet il mara tal Prim Ministru b'hekk hija biased tghidx cucati hi forsi ma t

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Behind a successful man there is always a strong woman. Well done.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Proset kbira ghal-intervisa sabieha li ghamiltu lis-sinjura Muscat. Mara u omm idejali li taf thobb u thenn ghal-kulhadd. Zgur li hi mahbuba mil-magoranza tal-poplu malti.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Kemm hawn min hu vojt. mhux ahjar tinforma ruhek fuq ix-xellug u l-lemin qabel ma tipprova iddahhaq.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    proset mara bhal din tamilek kuraggproset michelle

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Sinjura Muscat, wara mitt jum stennejna ftit lil Prim Ministru jibdel ftit il-kulur tal-ingravata. Imqar narawh darba b'wahda hamra! Donnu dal-pajjiz kollox favur il-blu anke l-ingravata!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Is-Sinjura Muscat mhux sempliciment mart il-Prim Ministru , imma hija wkoll omm ezemplari!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Prosit Michelle. J'Alla l-bambin izomm idejh fuqek u fuq il-familja tieghek tal-qalb tajba li ghandek lejn il-proxxmu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    mara ezemplari li apparti x-xoghol tant importanti li taghmel ghal pajjizna ssib hin ghal uliedha u dan ghandu jkun ta ezempju ghalina n-nisa. Prosit hafna Mrs.Muscat u nawguralek kull success.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    keep it up.......it tfal kibru mill elezzjoni l hawn...wara l ewwel 100 jum.xxx

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Grazzzi Mrs Muscat tax-xoghol l-ghaqal u l-energija li mexjin biha int u zewgek. Fejn hemm ragel ta success hemm mara li tahdem daqsu!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Min hu nkazzat ghax il-poplu li ma hux cuc u tefa lill PN fl'oppozizzjoni bil-goff, jibla l-kalmanti please, u turux hdura lejn familja ezemplari f'Malta taghna LKOLL, u mhux taghkhom biss.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 19, 2013

    Well done Michelle you spoke so very well, I really enjoyed reading this!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 19, 2013

    Veru kliem ta mara il veru thobb il Malta u mhux thobb il poter .

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 19, 2013

    Vera intervista mil-isbah mas-sinjura Muscat. Vera mara u omm ezemplari.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 22, 2013

    Kielm Sabih Hafna Tas Sinjura Muscat Prosit Hafna Hafna Hu BAMBIN ZOMM ID DEJH FUQEK U FAMILJA KOLLA. Grazi Joseph Galea Haz-Zebbub.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 22, 2013

    Kielm Sabih Hafna Tas Sinjura Muscat Prosit Hafna.J'ALLA BAMBIN ZOMM ID DEJH FUQEK U FUQ JOSEPH U FAMILJA KOLLA TIEGHEK. Jien dejjem nitlob ghalikom.

    Irrispondi