L-istanding area fil-kunċert ta' Joseph Calleja se tkun bla ħlas

  • Ġun 14, 2013 20:20
  • Miktub minn
"

    Għall-ewwel darba minn kemm ilu jsir, il-kunċert annwali tat-Tenur Malti Joseph Calleja fuq il-Fosos tal-Furjana fl-1 t’Awwissu se jkun miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas. Dan wara ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-kumpanija NnG biex l-istanding area tkun miftuħa kompletament b’xejn għall-pubbliku biex dan il-kunċert tant mistenni jkun jista’ jitgawda minn kulħadd.

    Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fejn għaliha attenda fost l-oħrajn il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella flimkien mat-Tenur Joseph Calleja. Karmenu Vella esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-organizzaturi sabiex il-pubbliku jkun jista’ jingħata l-opportunità li jattendi għall-kunċert mingħajr ħlas u saħaq li b’dan il-mod, kulħadd se jkun qed jingħata ċ-ċans li jingħaqad f’din l-esperjenza mużikali.

    It-tenur Joseph Calleja qal li hu minn dejjem emmen li l-kunċert tiegħu f’Malta kellu jservi biex jesponi lill-pubbliku għall-kultura u l-mużika filwaqt li esprima s-sodifazzjoni kbir tiegħu għall-ftehim milħuq.

    Semma’ kif il-kunċert ta’ dis-sena se jkun jinkludi fih reportorju vast ta’ xogħlijiet ta’ diversi kompożituri fosthom ta’ Tchaikovsky, Saint Saens u Morricone, li huma inklużi fl-aktar album riċenti tiegħu ‘Amore’ u li mistenni jkun imniedi aktar tard f’Londra.

    Jakkumpanjaw lit-Tenur Malti Joseph Calleja matul il-kunċert se jkun hemm ukoll il-kantant popolari Taljan Zucchero flimkien mal-kantanta Ingliża Rebecca Ferguson, bis-sehem ukoll tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-kor tat-tfal. Fil-kunċert se jipparteċipaw ukoll il-kantant Gianluca Bezzina,li din is-sena rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, kif ukoll id-duo Malti Tenishia. Għall-ewwel darba wkoll, il-kunċert se jkun qed jiġi ffilmjat permezz ta’ 14-il kamera f’verżjoni high definition (HD), u b’apparat li se jinġieb minn barra għal tal-apposta, u li se jippermetti biex dan il-kunċert ikun imxandar fuq stazzjonijiet barranin aktar ’il quddiem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0