ATTENTI! Qatt torqdu bil-contact lenses... Tabib Amerikan itella' ritratti xokkanti ta’ għajn pazjenta li torqod bil-contact lenses

  • Mej 03, 2019 18:25
  • Miktub minn iNews
"

    Dr. Patrick Vollmer, oftalmologu Amerikan li jaħdem fil-klinika Vita Eye f’Shelby, North Carolina, tella' ritratti xokkanti fuq Facebook li juru l-istat ta’ għajnejn pazjenta tiegħu wara li għal numru ta’ drabi raqdet bil-contact lenses.

    Fir-ritratti, il-kornea tal-pazjenta tidher "qed tittiekel mill-batterji" minħabba l-vizzju li torqod bil-contact lenses. Fir-ritratti li rawhom madwar 30 miljun persuna, għajnejn il-pazjenta jidhru qed jipproduċu likwidu isfar.

    Dr. Vollmer qal li l-pazjenta tiegħu qed tbagħti minn cultured pseudomonas ulcer ikkaġunata mill-contact lenses waqt l-irqad. Huwa żied jgħid li dawn it-tip ta’ batterji jistgħu jwasslu biex pazjent jgħama kompletament.

    L-oftalmologu tenna bl-appell li biex wieħed ineħħi l-contact lenses jieħu biss ftit sekondi iżda għomor sħiħ għall-ħsara irreparabbli li dawn jistgħu jikkawżaw jekk torqod bihom.

    Ritratti: Vita Eye Clinic

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0