Tidħol fis-seħħ l-assikurazzjoni tal-korpi dixxiplinati

  • Mej 03, 2019 13:20
  • Miktub minn iNews

    L-1 ta' Mejju kienet tfisser id-dħul fis-seħħ tal-iskema ta’ assikurazzjoni li tkopri l-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati li jkorru waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

    Il-ħaddiema eliġibbli għal din l-iskema huma l-pulizija, suldati, uffiċjali tal-protezzjoni ċivili, il-gwardjani tal-Ħabs, l-uffiċjali tad-Dwana u l-membri tas-Servizz tas-Sigurta.

    Dawk li jweġġgħu b'mod permanenti jew imutu jistgħu jieħdu kumpens li ma jistax jaqbeż il-€180,000.

    F'każ ta' mewt aċċidentali dan ikun erba' darbiet is-salarju annwali jiġifieri  jekk is-salarju annwali huwa dak ta’ €20,000 l-kumpens ikun ta' €80,000.

    Jekk ikun hemm diżabilita permanenti l-kumpens ikun erba' darbiet tal-persentagg ta’ diżabilità stabbilita maħdum mas-salarju annwali tal-ħaddiem li jkun korra.

    Dan ifisser li jekk il-paga tkun €20,000 u d-diżabilita tkun ta' 50% l-għotja tkun ta' €40,000.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook