Il-Pulizija b'sejba ta' aktar minn 130 Kilo kannabis f'garaxx fiż-Żejtun

  • Mej 03, 2019 11:03
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġt irġiel Maltin qegħdin jinżammu arrestati wara sejba ta’ mill-anqas 130 Kilo ħaxixa tal-kannabis f’garaxx fiż-Żejtun.

    Iż-żewġ persuni residenti Bormla li għandhom 22 sena u 34 sena għal dawn l-aħħar jiem kienu qegħdin jiġu segwiti miIl-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara tagħrif kunfidenzjali li waslitilhom.

    Kien proprju lbieraħ meta dawn l-istess persuni ntlemħu deħlin f’din il-“bejta” fejn hemmhekk ġew arrestati. 

    Huwa mifhum li dan il-garaxx, li jinsab taħt bini residenzjali, kien mikri liż-żewġ persuni arrestati. 

    Dwar din is-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N. Galea Sciberras LL.D li fetħet Inkjesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti.

    Waqt li dawn l-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fil-sigħat li ġejjin, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ din is-sejba konsiderevoli ta’ droga għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0