L-Indja tipprepara għall-agħar maltempata tas-seklu

  • Mej 02, 2019 14:32
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar minn 800,000 persuna fl-Indja ġew evakwati minn mal-kosta tal-Lvant hekk kif l-awtoritajiet qed jistennew ċiklun li mistenni li jikkawża l-agħar maltempata s’issa fil-pajjiż għal dan is-seklu.

    Iċ-Ċiklun Fani mistenni li jġib miegħu irwiefen li jlaħħqu l-124 mil fis-siegħa, bl-irjieħat mistennijin li jibdew jinħassu matul il-lejl li ġej.

    L-Awtorità Nazzjonali għall-Immaniġġjar tad-Diżastri bassret kundizzjonijiet tal-baħar “kritiċi” għaż-żoni milqutin miċ-ċiklun.

    Intant l-awtoritajiet qed mħassbin li Fani jaf ikun l-agħar maltempata sa mill-1999, meta ċiklun kien ħalla aktar minn 10,000 persuna bla ħajja filwaqt li kkaġuna madwar $4.5 biljun f’danni.

    Id-Dipartiment Metereoloġiku qed ibassar li ċ-ċiklun se jkun qed jeqred għal kollox komunitajiet li jgħixu fi djar taż-żingu, filwaqt li żoni kbar mistennijin li jkunu affettwati minn għargħar.

    Turisti fil-belt popolari ta’ Puri wkoll ġew evakwati. Dan filwaqt li l-awtoritajiet talbu lit-turisti biex jevitaw vjaġġar mhux neċessarju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0