'Link' bejn iż-żewġ gżejjer: Referendum f'Għawdex qabel tittieħed deċiżjoni

  • Ġun 13, 2013 20:34
  • Miktub minn
"

    Il-Ministru Anton Refalo, waqt li kien qiegħed jieħu sehem f'laqgħa pubblika mis-sensiela Gvern li Jisma', tkellem dwar il-‘link’ permanenti bejn Malta u Għawdex. Qal li bħalissa qiegħed isir studju dwar din il-‘link’ li se jkun jiswa madwar żewġ miljun ewro.

    “Jien personali nippreferi ‘bridge’. Iżda nista' nassigura li din il-kwistjoni hija f’moħħ il-Prim Ministru. Żgur li qabel ma tittieħed deċiżjoni rridu mmorru għal referendum fejn se jivvotaw l-Għawdxin. Aħna favur kull ħaġa li ttejjeb l-aċċessbiltà bejn Malta u Għawdex,” kompla jgħid il-Ministru Refalo.

    Il-laqgħa pubblika tal-lum saret fil-Ministeru ta' Għawdex, fejn il-Ministru Refalo qal li Għawdex ma jistax jibqa' jiddependi fuq il-Gozo Channel biss jekk irid jiġbed l-investiment. Qal li f’Għawdex teżisti problema kbira ta’ ‘brain drain’.

    “Qed nitilfu l-aħjar imħuħ. L-Għawdxin qed imorru jgħixu f’Malta minħabba l-iskariġġ tal-vjaġġ u anke għaliex għall-istess xogħol jitħallsu akar f’Malta milli f’Għawdex. Issa ġejna f’sitwazzjoni fejn imprenditur meta jiġi biex jiftaħ fabbrika f’Għawdex mhux se jsib ħaddiema,” kompla jgħid il-Ministru.

    Żied jgħid li l-Gvern diġà beda jaħdem biex jindirizza l-problema tal-aċċessibiltà. “L-aċċessibiltà bejn Malta u Għawdex hija importanti u jekk insolvu din il-problema nkunu solvejna 90% tal-problemi tal-Għawdxin. Għalhekk fi ż-żmien li ġej se noħorġu espressjoni ta’ interess għal trasport veloċi bejn l-Imġarr u l-Belt, ħalli l-Għawdxin jaslu fid-destinazzjoni tagħhom fi 30 minuta. Apparti minn hekk se toħroġ espressjoni ta’ interess biex nagħmlu servizz ta’ katamaran bejn Għawdex u Sqallija biex inkomplu ninfetħu,” kompla jgħid il-Ministru Refalo.

    Qal ukoll li l-Gvern se joħroġ espressjoni ta’ interess marbuta ma’ ‘public service obbligation’ biex jinħoloq servizz bejn Malta u Għawdex bl-ajru. Qal li l-intezjoni tal-Gvern hija li l-ħinijiet ta’ dan is-servizz ikunu l-istess bħal dawk tal-vapur.

    Dan se jkun jikkumplimenta proġetti oħrajn li wkoll se toħroġ sejħa għall-interess dwarhom. Dawn huma l-żvilupp ta’ ‘yacth marina’ u ‘cruise liner passinger terminal’ għal cruise liners.

    L-amministrazzjoni tal-Gozo Channel kienu jafu bis-serq u m'għamlu xejn

    Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, qal li l-amministrazzjoni tal-Gozo Channel taħt Gvern preċedenti kienet taf bis-serq li kien għaddej mill-kafetteriji tal-vapuri. Iżda minkejja li kienu jafu b’dak li kien għaddej baqa’ ma sar xejn.

    Il-Ministru Refalo tkellem dwar il-kumpanija Gozo Channel u qal li hekk kif il-Gvern Ġdid ingħata l-fiduċja sab problemi kbar, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ management ħażin.

    Kien hawn hekk li semma l-każ tas-serq mill-kafetteriji tal-vapuri, li b’rabta miegħu fl-aħħar ġimgħat tressqu għaxar persuni l-Qorti. Għall-ewwel darba, il-Ministru Refalo żvela li snin ilu kien hemm ħaddiema waħda partikolari li kienet tkellmet mat-tmexxija tal-kumpanija dwar dak li kien għaddej u baqa’ ma sar xejn.

    Din il-ħaddiema, li isimha ma ssemmiex, kienet qalet li hemm ħafna ħaddiema involuti f’dan ir-‘racket’. Qalet li l-metodi tas-serq kienu jiġu mgħallma lill-ħaddiema l-ġodda li daħlu dawn l-aħħar 12-il sena. Din il-ħaddiema saħansitra kienet qalet li kien sar vizzju li tisraq.

    “Araw l-istat li kienet tinsab fih din il-kumpanija, fejn it-tmexxija kienet taf u ma sar xejn. Dan għal kuntrarju ta’ dak li għamel iċ-Ċermen il-ġdid tal-kumpanija li hekk kif sar jaf b’dak li kien għaddej ħa l-passi mill-ewwel u sejjaħ lill-Pulizija” kompla jgħid il-Ministru Anton Refalo.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    19