Id-Dr Klown Gollcher Charity Walk

  • Apr 30, 2019 14:58
  • Miktub minn iNews
"

    Gollcher Group qed jorganizza mixja b’risq l-organizzazzjoni Dr Klown. Din hi għaqda volontarja non-governattiva, li tipprovdi s-servizzi tagħha lit-tfal li jinsabu morda fl-isptar ta’ Mater Dei f’Malta kif ukoll fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. L-għan ta’ din l-organizzazzjoni hu li tferraħ u tipprovdi aljenazzjoni mill-mard u tbatija li jkunu għaddejjin minnhom dawn it-tfal, waqt li jkunu rikoverati. 

    Il-mixja, li hi twila ftit aktar minn ħames kilometri, se sseħħ nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Mejju. Din se tibda minn ħdejn Tigullio f’San Ġiljan u tispiċċa ħdejn il-Black Pearl f’Ta’ Xbiex. Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fit-8.15 a.m., b’donazzjoni ta’ €5 għal kull parteċipant. Il-mixja tibda fid-9.00 a.m. u se tiġi mnedija mill-kantanta lokali Maxine Pace.

    Kulhadd huwa mistieden jattendi għal dan l-avveniment.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0