Il-Marsovin Tiċċelebra l-100 Anniversarju

  • Apr 30, 2019 08:45
  • Miktub minn iNews
"

    Il-produttur ewlieni tal-inbid f’Malta għalaq 100 sena fin-negozju. Din l-okkażjoni memorabbli ġiet iċċelebrata b’kunċert stupend f’avveniment gala.

    Il-Marsovin, isem magħruf sew mal-Maltin u sinonimu mal-produzzjoni ta’ nbejjed lokali tal-iprem kwalità, iċċelebrat il-100 sena mit-twaqqif tagħha fis-27 t’April fil-preżenza distinta tal-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

    Il-Marsovin rat il-bidu tagħha meta l-Kav Anthony Cassar waqqaf id-ditta fl-1919. Tul is-snin kompliet tikber biex saret l-intrapriża dinamika tal-familja li nafu biha llum, dejjem fuq quddiem fil-qasam tal-produzzjoni u esportazzjoni ta’ nbid ta’ kwalità għolja f’Malta.

    “Mhux kull kumpanija jirnexxilha tasal sal-punt li tagħlaq il-100 sena, speċjalment meta tqis li matul iż-żmien ikun hemm ħafna xi jtellef milli tilħaq tragward daqshekk importanti,” qal Jeremy Cassar, il-Kap Eżekuttiv tal-Marsovin, u proneputi tal-fundatur tad-ditta. “Biex tmexxi kumpanija ‘l quddiem għal seklu sħiħ irid ikollok viżjoni, trid tkun kapaċi tadatta għat-tibdil fis-swieq u tirkupra malajr mid-diffikultajiet, u jrid ikollok passjoni għax-xogħol kif ukoll għadd kbir ta’ impjegati leali – u kien proprju dan kollu li wassal lill-Marsovin s’hawnhekk.

    “Illum kburin li isimna sinonimu mal-inbid fil-komunità tagħna; huwa isem li hemm min saħansitra jgħid li sawwar l-industrija tal-inbid f’Malta. Fil-fatt, tul l-istorja tagħha l-Marsovin dejjem kienet pass ‘il quddiem mill-oħrajn, u beħsiebha tkompli tiftaħ it-triq għall-futur tal-produzzjoni tal-inbid f’Malta għal ħafna u ħafna snin.”

    Meta kien għad kellu biss 16-il sena, Anthony Cassar nieda l-missjoni tiegħu li jsir produttur ewlieni tal-inbid, meta beda jixtri l-inbid mingħand importaturi lokali u jbigħu ma’ Malta kollha minn fuq il-karrettuni. Minn dak iż-żmien, il-Marsovin irnexxielha tiddistingwi ruħha kemm f’Malta kif ukoll internazzjonalment għall-kwalità u l-varjetà tal-inbejjed tagħha.

    Bosta drabi kienet proprju l-Marsovin li ħadet l-inizjattivi li ttrasformaw l-industrija Maltija tal-inbid tul l-aħħar seklu, bħal meta kienet tal-ewwel li bdiet tbigħ l-inbid fi fliexken tal-ħġieġ f’Malta, meta bniet l-ewwel tankijiet tal-fermentazzjoni b’temperatura kkontrollata, u meta nediet l-ewwel inbejjed vintage, estate u organiċi. Il-Marsovin kellha wkoll rwol strumentali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ lobbying u tfassil ta’ protokolli lokali ġodda meta daħlu r-regolamenti dwar il-produzzjoni tal-inbid f’Malta u Għawdex permezz tal-liġijiet tal-UE.

    Biex tikkommemora din il-ġrajja importanti, il-Marsovin ipproduċiet edizzjoni limitata ta’ nbid tal-iprem kwalità, li qed jinbiegħ fi fliexken esklussivi ta’ diversi daqsijiet, minn 75cl, għal Magnum, Double Magnum, Jeroboam, u Melchior. Dan l-inbid jinsab għall-bejgħ bħalissa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0