BNF Bank jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Voca Choir b’risq il-Fondazzjoni Puttinu Cares

  • Apr 29, 2019 10:05
  • Miktub minn iNews
"

    The Voca Choir, wieħed mill-aqwa korijiet lokali, se jkun qiegħed itella kunċert b’repertorju varjat bl-isem Voca – The Journey b’riżsq il-Fondazzjoni Puttinu Cares, bl-appoġġ ta’ BNF Bank. Il-kunċert se jsir fl-24 u fil-25 ta’ Mejju fis-Sala Sir Temi Zammit, L--Università ta’ Malta. Il-biljetti jiswew €15.

    Voca hi organizzazzjoni fuq bażi volontarja li nħolqot fl-2010 bil-għan li tippromwovi l-mużika ta’ stili differenti waqt li tiġġenera fondi għal kawżi filantropiċi. Voca hi rinomata għall-mużika gospel, b’daqq u kant minn mużiċisti u kantanti ta’ esperjenza li jaqsmu l-passjoni u l-imħabba għall-mużika. Ir-repertorju ta’ Voca jvarja minn mużika spiritwali sa musicals u pop kontemporanju u l-grupp itella wkoll kunċerti barra minn Malta.

    ?Voca – The Journey se jkollu grupp live u 40 membru tal-kor, flimkien ma’ Errol tal-Airport Impressions u ż-żeffien u l-korjografu Warren Bonello u l-istudenti tiegħu. Din l-estravaganza ta’ mużika għandha lesta għall-udjenza aktar minn 20 kanzunetta minn gruppi bħal Abba, Queen, The Cranberries, u mill-musicals The Greatest Showman u Sister Act, kif ukoll kanzunetti minn artisti lokali The Travellers u Airport Impressions.

    “Il-kelma journey fit-titlu jirrifletti r-relazzjoni ta’ sena tal-kor mat-tfal ta’ Rainbow Ward, fejn il-grupp kien involut f’numru ta’ attivitajiet kemm mat-tfal kif ukoll mal-familji tagħhom,” qal rappreżentant tal-kumitat tal-Voca, Nicholas Zammit. “Allura l-għażla tagħna ta’ benefiċċjarju kienet ovvja. Aħna nisperaw li, permezz tal-mużika tagħna, nkunu qed nagħtu kontribut sinifikanti lil Puttinu Cares u lill-aħħar proġett tagħhom li jixtru lukanda f’Londra biex jakkomodaw familji li qiegħdin hemm għat-trattament. Nirringrazzjaw lil BNF Bank għall-isponsorship li se jgħinna mhux ftit biex nilħqu l-għan tagħna”.

    “Ma kellna l-ebda dubju meta ġejna biex nagħtu l-appoġġ tagħna lill-Voca Choir, meta rajna d-dedikazzjoni lejn l-użu tat-talent mużikali għal kawża ġusta,” qalet Alison Grech, Senior Coordinator ta’ BNF Bank. “Il-kunċert iwiegħed li se jkun wieħed imżewwaq b’mużika kontemporanja u kunzunetti aktar antiki, biex jikkuntenta udjenza wiesgħa. Aħna ħerqana li nattendu, nieħdu gost u nitpaxxew bil-mużika!”

    Fir-ritratt: 

    Alison Grech, Senior Coordinator at BNF Bank with Maria Buttigieg Brooks, representative of Puttinu Cares during the Voca rehearsals accompanied by Voca Choir Committee representative Nicholas Zammit

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0