Tgħid li sfat maħtufa biex titlob €40,000 lil missierha!

  • Apr 28, 2019 19:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija ta’ Berling qalu li tifla ta’ 13-il sena u ħabib tagħha ta’ 18-il sena lagħbuha li kienu sfaw vittmi ta’ ħtif biex ikunu jistgħu jitolbu somma flus lil missier it-tifla. Dan wassal biex il-pulizija jniedu tfittxija fil-kapitali Ġermaniża li kienet tinvolvi 280 uffiċjal tal-Pulizija.

    Kelliema għall-Pulizija, Patricia Braemer, qal li l-pulizija l-ewwel li kienu mgħarrfa bl-allegat ħtif kien nhar il-Ħamis li għadda.

    It-tifla u l-ħabib tagħha eventwalment instabu fi triq tal-kapitali Ġermaniża tard nhar il-Ġimgħa filgħaxija.

    It-tifla ttieħdet f’istitut għat-tfal b’mod temporanju wara li rrifjutat li tmur lura d-dar. Min-naħa l-oħra ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena kien arrestat mill-pulizija.

    Braemer qalet li kemm it-tifla u kif ukoll il-ħabiba tagħha kienu ċittadini Sirjani. Hija ma kkummentatx dwar is-somma tal-flus li ntalbet minn missier it-tifla, madankollu l-ġurnal lokali BZ irrapporta li huma kienu talbu €40,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0