Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b'body-scanners ġodda u X-Ray machines b'teknoloġija avvanzata

  • Apr 26, 2019 14:09
  • Miktub minn iNews
"

    Bil-għan li tkompli tiżdied is-sigurtà ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, fl-aħħar jiem ġew installati u bdew jintużaw body-scanners ġodda u X-Ray machines mgħammra b’teknoloġija avvanzata biex ikun identifikat kwalunkwe oġġett illeċtu li mhux suppost jiddaħħal fil-faċilità.

    Dan l-apparat, li ġie jiswa €2.2 miljun, se jieħu post l-body searches jew l-istrip-searches li kienu jsiru, li issa saru xi ħaġa tal-passat. Waqt konferenza stampa ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia sostna li kienet xi ħaġa umiljanti għall-priġunieri, qraba tagħhom u anke l-istaff li tgħidilhom jinżgħu ħalli ssirilhom strip-search. Huwa qal li fil-jiem illi għaddew bdew jintużaw l-iscanners biex jiġu identifikati oġġetti li jistgħu jkunu fuq il-persuni fosthom mobile phones, strumenti bil-ponta jew anke droga.

    Qal ukoll li, “daħħalna X-Ray machines għax pereżempju mhux l-ewwel darba li kienu jgħaddu kaxxi tal-ġelati, li jkollhom id-droga moħbija fil-parti ta’ taħt. Qed naraw ukoll li jinbidlu il-kameras tas-sigurtà fil-faċilità matul din is-sena.” Minkejja dan, kompla jgħid il-Ministru Farrugia, għad baqa’ ħafna li jrid isir. Huwa żied ifakkar kif inbidel il-menu tal-ikel għall-priġunieri filwaqt li għaddej proċess biex il-pożati wżati jkunu siguri.

    Barra minn hekk se jkun qed jingħata wkoll prijorità s-settur tar-rijabilitazzjoni, bl-attenzjoni prinċipali se tkun fuq il-qraba tal-priġunieri bil-għan li tiġi attakkata l-pjaga tal-intergenerational crime. Preżenti għall-konferenza stampa kien hemm ukoll id-Direttur Ġenerali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, il-Kurunell Alex Dalli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0