“Akkademika” tgħid li “persuni omosesswali għandhom dudu li jikolhom minn ġewwa”

  • Apr 26, 2019 10:47
  • Miktub minn iNews
"

    Mara mill-Kuwajt li tiddeskrivi lilha nnifisha bħala akkademika, qed tisħaq li persuni omosesswali għandhom dudu li jikolhom minn ġewwa. Dan filwaqt li kompliet tisħaq li suppożitorji terapewtiċi jistgħu jfejqu l-omosesswalità.

    Fil-filmat li kien ippubblikat mill-grupp ta’ riċerka MEMRI, li huwa bbażat fl-Istati Uniti. Fil-filmat Mariam Al-Sohel tgħid bla tlaqliq li sabet kura għall-omosesswalità. Il-mara qalet li bbażat il-kura tagħha fuq suppożitorji terapewtiċi li huma ispirati mill-profeziji Iżlamiċi u li għandhom il-bażi tagħhom fix-xjenza moderna.

    Fil-filmat hija wriet lil nisa oħrajn preżenti waqt id-diskussjoni kampjuni tas-suppożitorji li ħolqot.

    Fil-Kuwajt l-omosesswalità għadha kkunsidrata bħala reat, b’persuni omosesswali jafu jingħataw anke sentenza ta’ priġunerija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0