Titlef lil żewġha, liż-żewġ uliedha, u żewġ neputijiet fl-attakki suwiċida tas-Sri Lanka

  • Apr 24, 2019 18:18
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-attakki terroristiċi fis-Sri Lanka ta’ nhar Ħadd il-Għid, mara ta’ 43 sena mhux biss tħalliet amrla, iżda tilfet ukoll liż-żewġ uliedha. Madankollu dan mhux biss, għax fl-attakki li swew il-ħajja lil aktar minn 350 persuna, apparti li tilfet lil żewġha, bintha u binha, Anusha Kumari sofriet it-telf ukoll ta’ żewġ neputijiet u lil oħt żewġha.

    Huma lkoll kienu fost il-vittmi tal-attakk suwiċida fil-Knisja ta’ San Bastjan f’Negombo. L-awtoritajiet qed jisħqu li f’dan l-attakk tilfu ħajjithom aktar minn terz il-vittmi totali.

    Il-vittmi ndifnu tlett ijiem wara l-attakk fil-viċinanzi tal-knisja fuq biċċa art li nbidlet f’ċimiterju.

    Kumari, li wkoll indarbet fl-attakk, ngħatat permess biex titlaq mill-isptar biex tkun tista’ tassisti għad-difna tal-għeżież tagħha.

    Intant l-awtoritajiet tal-pajjiż qalu li l-vittmi tal-attakk telgħu għal 359. Huma qalu wkoll li kienu wettqu wkoll aktar arresti b’rabta mal-attakki tal-Ħadd li għadda.

    Il-President tas-Sri Lanka talab ukoll għar-riżenja tas-segretarju għad-difiża u l-kap nazzjonali tal-Pulizija, wara li kien żvelat li l-forzi tas-sigurtà ma tawx importanza lil rapporti mis-servizzi sigrieti li kienu qed jindikaw dwar il-possibbiltà ta’ attakki terroristiċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0