Qatilha, qattagħha biċċiet u sajjarha wara li skopra li kellu x'jaqsam sesswalment ma' mara li kienet raġel

  • Apr 24, 2019 17:34
  • Miktub minn iNews
"

    Tabib Russu ammetta li qatel u qatta’ biċċiet tfajla wara li kellu x’jaqsam magħha sesswalment f'Kursk fir-Russja.

    Mikhail Tikhonov ta’ 27 sena sajjar xi partijiet minn ġisimha u rema partijiet oħrajn fid-drenaġġ wara li ħareġ ma’ Nina Surgutskaya ta’ 25 sena.

    Il-koppja kienu qegħdin jagħmlu s-sess meta t-tabib irrealizza li dik li kien qiegħed magħha kienet persuna transesswali u li kienet għamlet operazzjoni biex issir mara.

    Huwa fgaha immedjatament fuq is-sodda tagħha u għamel minn kollox biex jelimina kull evidenza ta’ dak li kien wettaq.

    Skont l-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-qattiel sajjar xi partijiet minn ġisimha fil-forn iżda rriffjuta li huwa kien kannibalu u li żied jgħid li kien rema dawk l-istess partijiet fid-drenaġġ ladarba ħariġhom mill-forn.

    Ir-rapport jgħid ukoll li wara dan il-qattiel qabad ras u saqajn il-vittma u ħadhom miegħu f’bagalja. Minkejja li fost affarijiet oħrajn uża l-melħ biex itaffi l-irwejjaħ tal-katavru, huwa ma kellux ċans jeħles mill-partijiet l-oħra li kien ħa miegħu għax laħaq ġie arrestat.

    Tikholov jista’ jaffaċċja sa 20 sena priġunerija jekk jinstab ħati ta’ dan il-qtil makabru.

    Nina li fil-passat kienet raġel, ġiet irreġistrata bħala mara mill-awtoritajiet Russi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0