“Marti kienet il-kawża prinċipali ta’ ħafna problemi”... jixhed Paul Bonnici, missier raġel mixli bil-qtil ta’ ommu u oħtu

  • Apr 24, 2019 15:40
  • Miktub minn iNews
"

    Angele Bonnici, li allegatament inqatlet minn ħuha, kienet allegat ma’ missierha li ħuha kien stupraha meta kienet iżgħar.

    Dan intqal fil-Qorti mill-missier tal-familja, Paul Bonnici, meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni li għaddej ibnu Joseph li jinsab mixli bil-qtil ta’ ommu Maria Lourdes u oħtu Angele f’Ħal Għaxaq.

    Paul, li bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ 31 sena ħabs fuq qtil, stqarr li huwa ma emminx dak li kienet allegat bintu. Hija kienet tgħidlu li se tmur tirrapporta lil ħuha lill-Pulizija jew titlob lil xi kaċċaturi biex jikkawżawlu problemi fl-għalqa tiegħu.

    Viżibilment għajjien u wieqaf bl-għajnuna ta’ bastun tal-mixi, Paul żied jgħid li martu Maria Lourdes ikkawżat ħafna problemi fil-familja. “Hija kienet dejjem taqbad ma’ ħafna affarijiet u anke fil-każ li kont involut fih jien, kont instagat minnha,” qal ix-xhud.

    Fi tliet snin, qal Paul Bonnici, martu żaritu biss tliet darbiet il-ħabs filwaqt li bintu kienet tiġi żżuru kull nhar ta’ Sibt. Qal ukoll li kien iċempel lil martu kuljum.

    Huwa kompla billi nsista li martu Maria Lourdes kienet “il-kawża prinċipali” ta’ ħafna problemi li nqalgħu fil-familja u kif ukoll kienet tiġġieled kontra t-tfajla ta’ ibnu. 

    Lejn l-aħħar tas-seduta l-Maġistrat Joseph Mifsud qal li kien hemm biżżejjed provi għall-Avukat Ġenerali biex joħroġ Att ta’ Akkuża kontra Joseph Bonnici. Sa issa fil-kumpilazzjoni ta’ Bonnici diġa’ nstemgħet ix-xhieda ta’ 47 persuna.

    Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud, John Spiteri u Roderick Attard mentri għal Joseph Bonnici qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0