Lucas Paqueta jirritorna wara injury

  • Apr 24, 2019 14:51
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-ritorn tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Milan Lucas Paqueta ma setax ġie fi żmien aħjar. Il-player Brażiljan ġie akkwistat f’Jannar li għadda mingħand Flamengo u mal-ewwel wera l-kwalitajiet tajbin tiegħu.

    B’xorti ħażina hu weġġa’ f’koxxtu fl-aħħar tax-xahar l-ieħor u kellu jitlef madwar xahar logħob. Ir-ritorn tiegħu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fl-iskwadra Milanista timla’ b’kuraġġ lill-coach Gennaro Gattuso li mistenni jinkludih fil-partiti li ġejjin li jistgħu jservu sabiex jiksbu dak li jridu iġifieri r-raba’ post li jista’ jfisser UEFA Champions League.

    Fil-logħba kontra Parma, Paqueta ma ġiex inkluż bħala miżura ta’ prekawzjoni iżda mistenni jingħata xi minuti fil-partita li jmisshom ir-Rossoneri barra minn darhom kontra Torino.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0