Il-41 kandidat li qed jimmiraw li jimlew sitt siġġijiet

  • Apr 24, 2019 12:54
  • Miktub minn iNews
"

    Dawk li f'Mejju li ġej se jivvutaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jsibu lista twila f'idejhom hekk kif huma 41 il-kandidati li tefgħu n-nomina tagħhom biex ikunu eletti sitta.

    Il-Partit Laburista għandu l-ikbar numru ta' kandidati, 14, li huma Alex Agius Saliba, Josef Caruana, Noel Cassar, Josianne Cutajar, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, Felix Galea Busuttil, Mary Gauci, James Grech, Robert Micallef, Joseph Sammut, Alfred Sant, Lorna Vassallo u Fluer Vella.

    Il-PN jsegwi b'10 kandidati li huma Peter Agius, Roselyn Borg, Spiridione Borg, Michael Briguglio, David Casa, Michael Mercieca, Roberta Metsola, Frank Psaila, David Stellini u Francis Zammit Dimech.

    Il-Partit Demokratiku għandu erba' kandidati – Camilla Appelgren, Anthony Buttigieg, Martin Cauchi Inglott u Godfrey Farrugia mentri l-Alternattiva Demokratika għandha żewġ kandidati, Carmel Cacopardo u Romina Tolu.

    L-Alleanza Bidla wkoll għandha żewġ kandidati, Rebecca Dalli Gonzi u Ivan Grech Mintoff, kif għandu wkoll il-Moviment Patrijotti Maltin b'Simon Borg u Naged Megally.

    Norman Lowell se jkun qed jikkontesta f'isem l-Imperium Europa waqt li Antoine Borg se jikkontesta għall-partit li waqqaf huwa wkoll u li jismu Brain Not Ego.

    Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jikkontestaw ukoll ħames kandidati indipendenti li huma Joseph Aquilina, Nazareno Bonnici, Mario Borg, Arnold Cassola u Stephian Florian.

    L-elezzjoni se ssir fil-25 ta' Mejju li ġej bl-għadd tal-voti jsir l-għada l-Ħadd 26 ta' Mejju fejn matul il-ġurnata l-pajjiż ikun jaf liema se jkunu s-sitt ewroparlamentari li se jirrappreżentawh fil-ħames snin li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0