Il-Filippini thedded li tiddikjara gwerra lill-Kanada minħabba skart tossiku

  • Apr 24, 2019 12:21
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte qed jhedded li jiddikjara gwerra fil-konfront tal-Kanada jekk din tal-aħħar ma tneħħix tunellati ta’ skart li kien intbagħat lejn Manila aktar minn ħames snin ilu.

    Duterte anke hedded li jwassal il-muntanji ta’ skart lura l-Kanada hekk kif it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet teskala.

    Madankollu filwaqt li Duterte ħeġġeġ lill-Kanda biex tieħu lura l-iskart li tossiku li ntbagħat bejn l-2013 u l-2014, Il-Gvern Kanadiż qed jisħaq li hu m’għandu l-ebda awtorità biex iqabbad lil kumpanija privata biex terġa’ ġġib lura l-iskart.

    Waqt żjara fit-Tramuntana ta’ Manila, żona li ntlaqtet minn terremot qawwi nhar it-Tnejn li għadda, Duterte qal li huwa ma jimportahx jekk il-pożizzjoni li se jkun qed jieħu tagħmilx liż-żewġ pajjiżi għedewwa ta’ xulxin.

    Huwa qal: “Irrid dgħajsa ppreparata. Se nkun qed nagħti twissija lill-Kanada li sal-ġimgħa li ġejja jaqblilhom isibu soluzzjoni għal din il-kwistjoni, inkella se nkun qed nibgħat dgħajsa u nħott l-iskart tagħhom lura f’pajjiżhom.”

    “Ejjew niġġieldu lill-Kanada. Se niddikjara gwerra fil-konfront tagħhom,” temm jgħid Duterte.

    Aktar minn 100 kontejner kienu ntbagħtu lejn Manila minn kumpanija Kanadiża, bl-iskart fil-kontejners ikun ittimbrat ħażin bħala plastik għal riċiklar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0