It-tkabbir Malti tal-PDG tliet darbet ikbar miż-Żona Ewro

  • Apr 24, 2019 09:55
  • Miktub minn iNews
"

    Fir-rapport annwali tagħha, il-Bank Ċentrali ta’ Malta tisħaq li t-tkabbir ekonomiku ser jilħaq medja ta’ 4.2% għat-tlett snin li ġejjin…

    Ir-rata ta’ tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross f’Malta huwa tliet darbet ikbar dak irreġistrat fiż-Żona Ewro, u dan it-tkabbir huwa mistenni jibqa’ b’saħħtu, b’rata medja ta’ 4.2% għall-perjodu ta’ bejn l-2019 u l-2021.

    Dan kien elenkat fir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, ppubblikat iktar kmieni llum. Ir-rapport spjega wkoll kif ir-rata ta’ tkabbir tal-PDG matul is-sena li għaddiet, li laħħqet is-6.6%, kienet kawża ta’ żieda sostanzjali fid-domanda domestika u l-konsum privat, li bbenefika minn tkabbir sostanzjali fl-introjtu disponibbli, u kundizzjonijiet tajbin ħafna fis-suq tax-xogħol.

    Is-settur tas-servizzi għadu l-ikbar kawża ta’ tkabbir ekonomiku, madankollu kemm is-settur tal-manifattura, kif ukoll dak tal-kostruzzjoni, raw tkabbir ekonomiku.

    Il-Bank Ċentrali saħaq ukoll li r-rata ta’ qgħad kompliet tirreġistra tnaqqis, b’rata ħafna inqas mill-medja taż-Żona Ewro. Dan filwaqt li kienet reġistrata żieda ta’ 6.5% fl-ammont ta’ impjiegi matul l-ewwel tliet kwarti tas-sena li għaddiet.

    Ir-rapport ikkonferma wkoll għal darba oħra li s-surplus tal-Gvern kompla jikber meta kkumparat mas-sena li għaddiet, filwaqt li d-dejn tal-Gvern meta kkumparat mal-Prodott Domestiku Gross kompla jonqos għal 45.7%. Dan huwa riżultat mill-aktar pożittiv speċjalment meta mqabbel mar-ritratt ġenerali taż-Żona Ewro, fejn hemm iktar pajjiżi joperaw b’defiċit finanzjarja, u r-rata ta’ djun mill-Gvernijiet mal-Prodott Gross Domestiku jilħaq s-86.1%.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0