Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta' €9 miljun fil-kumpless turistiku Mellieħa Holiday Centre

  • Apr 24, 2019 09:14
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura investiment ta’ €9 miljun fil-kumpless turistiku tal-Mellieħa Holiday Centre li ra fost oħrajn żieda ta’ 30 bungalow kif ukoll rinovazzjoni tal-faċilitajiet eżistenti tal-kumpless magħruf bħala d-Danish Village.

    L-invetiment sar fl-40 sena mill-bidu tal-operat tal-kumpanija f’pajjiżna fl-1979.

    Il-Kap Eżekuttiv Hamdi Abu Rub saħaq li matul dawn l-aħħar xhur il-kumpanija investiet madwar €9 miljun f’diversi proġetti, li raw l-estensjoni u r-rinovar tal-kumpless turistiku eżistenti. Huwa saħaq ukoll li l-investiment f’faċilitajiet ġodda żiedu l-kapaċità tal-kumpless minn 151 bungalow għal 181.

    Min-naħa tiegħu sid il-lukanda, Ejner Holst, qal li dan l-investiment se jkun qed jassigura esperjenza mill-aqwa għat-turisti li se jkunu qed iżuru l-kumpless.

    Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru filwaqt li qal li s-settur turistiku jikkontribwixxi għas-saħħa ekonomika ta’ pajjiżna huwa qal ukoll li dan l-investiment jixhed kif dan in-negozju hu mudell ideali ta’ ħidma konġunta bejn l-Unions Daniżi u dawk Maltin li ħadmu qatigħ għall-benefiċċju ta’ kulħadd.

    Il-Prim Ministru żied jgħid li pajjiżna irnexxilu jegħleb l-isfida tal-istaġjonalità, b’pajjiżna jsir destinazzjoni turistika għal matul is-sena kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0