L-awtoritajiet jinvestigaw ġlied tal-klieb

  • Apr 24, 2019 07:40
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    L-attivista Moira Delia tisħaq li għalxejn jiżdiedu l-liġijiet mingħajr ma jkun hemm infurzar…

    L-attivista favur id-drittijiet tal-annimali Moira Delia tisħaq li għalxejn inżidu l-liġijiet rigward l-annimali mingħajr ma jsir infurzar. Hija qalet li jeżistu ħafna farms fejn hemm klieb ġo gaġġeġ u animal lovers jafu dawn. Delia qalet ukoll li hemm dawk li jissejjħu puppy farms fejn il-klieb jintużaw għall-breeding jew jagħmluhom aggressivi biex jiġġieldu. “Hemm bżonn li jkun hemm spinta u aktar spot-checks għax kemm-il darba jidħlu rapporti dwar klieb li huma kontinwament ġo gaġġa u dan verament għandu jittieħed bl-akbar serjetà. Din hija sitwazzjoni xokkanti ħafna u hemm bżonn tassew li jkun hemm aktar infurzar,” qalet Delia.

    Intant, il-Kummissarju għall-Ħarsien Xieraq tal-Annimali, Denis Montebello, qalilna li qed isegwi bi preokkupazzjoni kbira dak li qed jixxandar fil-midja.

    Dan wara li fuq il-midja lokali dehru rapporti dwar post fejn fih madwar 200 persuna jiltaqgħu u jagħmlu mħatri fuq liema kelb se jispiċċa jqatta’ lill-ieħor.

    L-istess rapporti jgħidu li sorsi tal-pulizija indikaw li l-ġlied bejn il-klieb li qed jiġu investigati kienu probabbilment jużaw razez bħall-pit bull peress li hija razza ubbidjenti u għandu r-rieda li jkompli jiġġieled.

    Montebello qal li r-rwol tiegħu jidhol fis-seħħ jekk jkun hemm xi ilment, jew b'xi mod iehor ikun jirriżulta, illi d-Direttorati ta’ Servizzi Veterinarji u għat-Trattament Xieraq tal-Annimali mhux qed jinvestigaw u jenforzaw kif suppost. “Il-Kap 439 fl-Artikolu 44A(f) jippreskrvi b'mod car li l-funzjoni tieghi hija dik li: "jirrevedi  u  jinvestiga,  jew  minn  jeddu  jew wara  li jirċievi  ilment,  il-funzjonijiet  u  l-ħidma  tal-Kunsill, tad-Direttorat  tas-Servizzi Veterinarji,  jew  tad-Direttorat  responsabbli  mit-Trattament  Xieraq  tal-Annimali".

    Ir-realtà tal-ġlied illegali tal-klieb tqajmet fil-Parlament mill-MP tal-Oppożizzjoni Mario Galea li qal li kien ixxukkjat li sar jaf b’din il-forma ta’ moħqrija fuq l-annimali.

    Il-kwistjoni issa qed tiġi investigata mill-pulizija u mill-uffiċjali tal-ħarsien xieraq tal-annimali. Kull min għandu xi informazzjoni rigward din il-prattika huwa mħeġġeġ biex jgħaddiha lill-Pulizija.

    “Ilha snin magħrufa li dawn iż-żwiemel jingħataw għal laħam”

    Apparti minn hekk, l-istess Deputat Nazzjonalista rrefera ukoll għall-allegazzjonijiet ta’ żwiemel li jweġġgħu u ma jibqgħux tajbin għat-tiġrijiet qed jitlibbsu borża sewda u jitħallew jifgaw.

    Dwar dawn l-allegazzjoniet ta’ qtil taż-żwiemel, Delia qalet li ilha snin magħrufa li dawn iż-żwiemel jingħataw għal laħam. Hija tkellmet ukoll li l-mod kif jinqatlu biex jagħmlu l-halal huwa simili u dik hija aċċettabbli. “Pero hija xokkanti. Anka f’dan ir-rigward hemm nuqqas ta’ infurzar għax ma jlaħqux mar-rapporti.”

    Bosta kienu dawk li kitbu fuq il-midja soċjali u ddefinixxu dawn l-allegazzjonijiet bħala “attroċi” u hemm min saħansitra qal li rigward il-ġlied tal-klieb ġieli sema’ li jseħħu ġo xi barrieri. Hemm min minn naħa l-oħra qal li huwa xettiku u li “impossibbli biex nemmen li żwiemel jew annimal li jsir biċċa minnek wara dak iż-żmien kollu tasal toqtlu bi qtiel hekk brutali.”

    Kien hemm ukoll min qal li min jinqabad jagħmel il-moħqrija fuq l-annimali ħaqqhom piena ħarxa. “Il-Maltin qalbhom tajba u qalb tad-deheb jgħidu. Imbagħad tisma b’xi ħaġa hekk. La jaslu jagħmlu hekk lill-annimali jaslu jagħmlu hekk lin-nies.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0