Investiment ta’ €5.2 miljun għal faċilitajiet sportivi ġodda

  • Apr 23, 2019 16:23
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima ħabbar investiment ta’ €5.2 miljun f’faċilitajiet sportivi li se jikkonsistu f’ċentru tat-tennis f’Pembroke u ċentru għall-isquash u l-weightlifting fil-Marsa Sports Grounds. 

    Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn il-proġetti huma parti mill-viżjoni li se tipprepara lil pajjiżna biex tkun tista’ tospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023. 

    Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima kompla jgħid li biex bħala pajjiż inkomplu niksbu suċċessi f’diversi settur, hemm bżonn li jibqgħu sostnuti t-tkabbir u l-investiment li diġà saru fl-atleti Maltin permezz ta’ dawn it-tipi ta’ proġetti li jgħollu l-livell tal-infrastruttura sportiva f’pajjiżna. Dan kollu jidħol fil-qafas tal-iStrateġija Nazzjonali għall-Isport ta’ pajjiżna, żied is-Segretarju Parlamentari Grima.

    Il-proġett taċ-Ċentru tat-Tennis, b’investiment ta’ €2.2 miljun f’Pembroke, se jkun maqsum f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi se tara l-bini ta’ sitt tennis courts li se jinkludu xogħlijiet ta’ tħaffir, tal-elettriku, asfaltar tal-art, fencing mal-madwar u parkeġġ għall-karozzi. It-tieni fażi se tara l-kostruzzjoni ta’ tennis house li se tinkludi uffiċini, boardroomphysio roomgymloungerestaurantbar u store.

    Il-proġett taċ- ċentru għall-isquash u l-weightlifting, b’investiment ta’ €3 miljun fil-Marsa Sports Groundhu pjanat fuq żewġ sulari. Fis-sular ta’ isfel se ssir reception, sitt courts tal-isquashtas-singles, żewġ courts tal-isquash għad-doubles, weightlifting training areacafeteria store kif ukoll żewġ fitness centres. Fit-tieni sular se jsiru żewġ netball courts. 

    Iċ-Chairman ta’ SportMalta Luciano Busuttil qal li dawn il-proġetti qed isiru kollha b’sinerġija mal-għaqdiet biex kull proġett li jitlesta jkun tal-ogħla livell. B’hekk mhux biss il-players lokali jkollhom fejn jitħarrġu u jikkompetu iżda anke biex atleti barranin jiġu u jużaw dawn iċ-ċentri. 

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li SportMalta ppreżentat rapport lill-gvern tal-faċilitajiet kollha li l-Kumitat Olimpiku Malti se jkollu bżonn biex Malta tkun tista’ tospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023. Mark Cutajar semma li tnejn mill-proġetti qed jiġu varati llum u li fiż-żmien li ġej se jitkompla x-xogħol fuq ix-shooting range ta’ Kandja fejn se titlesta t-tieni fażi, se jitkompla x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-kumpless tal-basketball f’Ta’ Qali u li se jsir rinovar tal-faċilitajiet anċillari fil-kumpless tal-Kottonera. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0