Filmat: ''Minn defiċit ta’ €250 miljun fl-2012 għal surplus ta’ €250 miljun fl-2018''

  • Apr 23, 2019 14:00
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-2018 pajjiżna kiseb it-tielet surplus konsekuttiv. Dan qabeż il-€250 miljun, jew kwart ta’ biljun ewro, ekwivalenti għal 2% tal-ġid nazzjonali. Minn defiċit rekord ta’ €250 miljun li ħalliet l-amministrazzjoni preċedenti fl-2012 għal €250 miljun surplus fl-2018.

    Dan tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna f’konferenza stampa li saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja.

    Fl-2016 inkiseb l-ewwel surplus fil-kontijiet pubbliċi f’aktar minn ġenerazzjoni. Fl-2016 pajjiżna kellu surplus ta’ kważi €91 miljun, jew 0.9% tal-ġid nazzjonali. Fl-2017 kellna surplus ieħor li laħħaq it-€387 miljun u issa, għat-tielet darba konsekuttiva, qed inlaħħqu surplus ieħor ta’ €250 miljun.

    Ir-riżultat ta’ din is-sena nkiseb minkejja li fl-2018 kien hemm l-akbar ammont ta’ spiża kapitali li qatt għamel il-Gvern Malti (kważi d-doppju ta’ dik osservata fl-2012). Fil-fatt l-ispiża kapitali messet il-€525 miljun. Din l-ispiża tfisser żieda ta’ kważi 50% fuq l-ispiża li saret fl-2017. Li kieku s-sena li għaddiet l-ispiża kapitali baqgħet fuq il-livell li kienet fl-2017, kieku s-surplus kien jaqbeż is-surplus rekord tas-sena ta’ qabel.

    Il-Prim Ministru qal illi anke jekk jiġu esklużi 100% tal-fondi li jidħlu mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, il-gvern xorta kien jirreġistra surplus qawwi ta’ 0.5% tal-GDP kif ipproġetta. 


    Dan jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies għax bis-saħħa tas-surplus, id-dejn nazzjonali beda jonqos u llum qiegħed taħt 46% tal-prodott gross domestiku. Dan ifisser li hemm inqas dejn fuq il-poplu Malti u Għawdxi b’mod li l-gvern jista’ jinvesti lura l-flus li qed jagħmel permezz tas-surplus.

    Is-surplus ifisser li l-gvern jista’ jagħmel aktar miżuri għall-familji Maltin u Għawdxin, bħal żidiet fis-sussidju tal-kera, u inċentivi biex min għandu aktar mmin erbgħin sena isir propjetarju ta’ daru. Ifisser ukoll li l-gvern jista joħroġ bonds vantaġġjużi aktar milli jippermetti s-suq għall-anzjani li għandhom aktar minn 62, biex dawn ikompli iservu ta’ qligħ ieħor, apparti l-pensjoniiet li dejjem qed jiżdiedu, u miżuri oħra li jkomplu jtejbu il-kwalità tal-ħajja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0