Il-GWU turi sogħba għall-mewt ta’ Salvinu Brincau

  • Apr 23, 2019 13:46
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union turi sogħba għat-tħabbira tal-mewt ta’ Salvinu Brincau li serva bħala segretarju tat-taqsima Supervisory & Technical Staff Association, dik li llum hija t-taqsima GWU Professjonisti Finanzi u Servizzi. Huwa serva wkoll f’diversi karigi oħra fi ħdan il-GWU inkluż bħala Manaġer tar-Riżorsi Umani fil-kumpanija Cargo Handling. 

    L-involviment fit-trejunjoniżmu ta’ Salvinu Brincau, jew kif kien aktar magħruf bħala Sonny, beda meta ta’ età żgħira kien issieħeb fil-GWU fl-ewwel snin mill-ħolqien tagħha. Dan wasslu biex ipparteċipa bis-sħiħ fil-ħidma tal-Union, inkluż fil-Kunsill Nazzjonali tal-GWU, u wara li rtira bl-età kien wieħed mill-fundaturi ta’ dik li hija l-GWU Għaqda Pensjonanti; fejn għal żmien serva bħala Assistent Segretarju tal-Għaqda u wara kompla bħala membru tal-kumitat eżekuttiv sal-2011. Il-ħidma ta’ Brincau fil-qasam trejdunjonistiku kienet xiehda ta’ dedikazzjoni u impenn ta’ persuna li ried li jara l-ħaddiema jtejbu l-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom. 

    F’dawn il-mumenti ta’ dieqa, l-Amministrazzjoni Ċentrali tal-GWU, f’isem l-uffiċjali u l-imsieħba tagħti l-kondoljanzi tagħha lill-qraba u ħbieb ta’ Sonny Brincau għat-telfa li huma ġarrbu bil-mewt tiegħu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0