Kampjonat Premier: Kollox indeċiż sal-aħħar ġurnata

  • Apr 22, 2019 22:21
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Senglea A............... 0

    Hibernians............. 2

    Hibernians għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 2-0 biex baqgħu żewġ punti taħt il-leaders Valletta. Għaldaqstant din ir-rebħa tfisser li r-rebħ tat-titlu se jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat fejn Valletta jilagħbu kontra Hamrun Spartans filwaqt li Hibernians jiffaċċjaw lil Balzan.

    Min-naħa ta’ Senglea, dawn jinsabu fil-periklu li jistgħu jtemmu fit-12-il post li jfisser ir-Relegation/Promotion Decider.

    F’logħba ferm kumbattuta, Hibernians ħarġu fuq l-offensiva biex jiskorjaw goal kmieni iżda quddiemhom sabu team organizzat li kellu l-mumenti tiegħu fejn fetaħ ukoll il-pressjoni fuq l-avvesarji.

    L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet wara kwarta logħob meta freekick mogħti minn Diego Venancio ġie milqugħ mill-goalkeeper ta’ Hibernians Marko Jovicic. 

    Fl-24 minuta, kienu l-Pawlisti  li resqu viċin li  jiftħu l-iskor permezz ta’ Jake Grech, iżda t-tentattiv tiegħu ġie kklerjat minn fuq il-linja fatali minn Leighton Grech. 

    Fit-30 minuta, huma fetħu l-iskor meta Tiago Fonseca għadda l-ballun fil-kaxxa lil TAYLON NI­CO MARCOLINO li ma kellu l-ebda diffikultá li jsib ir-rokna tax-xibka b’xutt fil-baxx. 

    Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, il-Pawlisti irduppjaw meta minn az­zjoni personali JAKE GRECH għeleb lill-goalkeeper Farrugia b’xutt mill-isbaħ.

    Fit-tieni taqsima, Hibernians għażlu li jikkontrol­law lill-avversarji tagħhom minkejja li l-Athletics ipprovaw jagħmlu reazzjoni.

    L-aħjar azzjoni waslet fil-61 minuta meta minn azzjoni ta’ corner, Sidqy El Medhi għola tajjeb bir-ras iżda l-goalkeeper Pawlist, Jovicic, dawwar f’corner.

    SENGLEA A.: 1-Matthew Farrugia,  3-Taisei Marukawa,4-Sidqy El-Mehdi, 5-Zachary Cassar (2-Matthew Bartolo 84), 7-Leighton Grech, 8-Gonzalo Julian Leyton, 9-Romulo Silva Santos, 11-Diego Venancio, 18-Gonzalo Nicolas Virano, 20-Matias Nicolas Garcia, 55-Christian Sammut (15-Gary Camillieri 72) - Coach: Vincenzo Potenza

    HIBERNIANS: 1- Marko Jovicic,  2-Timothy Tabone Desira, 5-Nemanja Radojevic, 6-Marcio Barbosa Da Silveira, 7-Joseph Mbong (18-Connor Zammit 92), 8-Jake Grech, 13-Isaac Toah Ntow, 17-Taylon Nicolas Marcolino (30-David Xuereb 90), 19-Marco Sahanek (4-Dunstan Vella 82), 20-Andrei Agius, 99-Tiago Adan Fonseca - Coach: Stefano Sanderra

    REFEREE: Malcolm Spiteri

    ASS. REFEREES:Jurgen Spiteri, Paul Apap

    RABA’ UFF: Matthew Degabriele

    SKORERS:T.  Marcolino 30, J. Grech 44 (H)

    AMMONITI:G. J. Leyton, G. N. Virano (SA), N. Radojevic, I.T. Ntow, A. Agius (H)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Jake Grech (H)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0