Kampjonat Premier: Nifs ġdid għal St Andrew’s

  • Apr 22, 2019 22:20
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Floriana ................. 0

    St Andrew’s ........... 1

    St Andrew’s għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 1-0 biex b’hekk komplew jittammaw li jżommu posthom mal-kbar fl-istaġun li ġej.

    L-ewwel taqsima kienet waħda medjokri u naqset li tilħaq il-livell mixtieq, u minkejja li Floriana ħadu l-inizjattiva kmieni fil-partita huma rari kienu ta’ theddida serja għal-lasti difiżi mill-goalkeeper ta’ St Andrew’s, Matthew Calleja Cremona.

    Wara sitt minuti logħob free-kick mogħti minn Arthur Oyama, ġie mblukkat faċilment mill-goalkeeper Calleja Cremona.

    St Andrews irrispondew fit-12-il minuta, meta ħarba ta’ Martin Davis fuq il-linja spiċċat b’xutt angolat fil-baxx, bil-goalkeeper ta’ Floriana Ini Akpan ħtieġlu jsalva minn tulu fl-art.

    Erba’ minuti wara, xutt ta’ Brandon Diego Paiber mill-viċin ġie mxellef f’corner mid-difensur Ke­vyn Mcfarlane. Il-Greens komplew jippressaw u fl-24 minuta, xutt qawwi ta’ Clyde Borg, minn qagħda ċentrali, spiċċa ftit għoli.

    Floriana kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta fid-39 minuta xutt ta’ Kristian Keqi stampa mal-mimduda.  Fit-tmiem it-taqsima kien imiss lil St Andrew’s li jolqtu l-lasta, meta cross minn Aidan Friggieri mil-lemin, ġie kkontrollat tajjeb minn Matthew Woo-Ling li x-xutt b’saħħtu tiegħu ħabat mal-mimduda.

    Fil-51 minuta, free­kick mogħti minn Brandon Paiber, il-goalkeeper Calleja Cremona ħtieġlu jbiegħed il-periklu.   Tliet minuti wara Keqi daħal fil-kaxxa u b’finezza kbira ipprova jillobja l-ballun fix-xibka, iżda kien sfortunat li t-tentattiv tiegħu ħabat mal-wieqfa.

    Fis-66 minuta, kontra x-xejra tal-logħob St Andrew’s fetħu l-iskor minn free-kick ta’ MATTHEW WOO-LING, bil-ballun jaħrab minn idejn Akpan u spiċċa fix-xibka. 

     Fl-84 minuta Kevyn Mcfarlane għola tajjeb bir-ras, iżda t-tentattiv tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper Akpan ... biex sat-tmiem l-iskor baqa’ ma nbidilx.

    FLORIANA: 12-Ini Akpan, 8-Clyde Borg (30-Dylan Grima 76) 9-Kristian Keqi,11-Diego Paiber (96-Daniel Agius 68), 17-Jurgen Pisani, 20-Tiago Galvao da Silva, 22-Ale­xander Cini, 25-Ulises Jose Arias (80-Terence Vella 55), 26-Arthur Henrique Oyama, 32-Ezequiel Cesani, 91-Emerson Marcelina - Coach: Guido Ugolotti

    ST ANDREW’S: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Alexander Satariano, 4-Kevyn Mcfarlane, 6-Travis Blagrove, 7-Aidan Jake Friggieri (1-Kemar Reid 85), 11-Joseph Farrugia, 14-Kurt Magro, 17-Jacob Walker (20-Dejan Debono 55), 19-Martin Davis (21-Degran Jackson 90), 22-Luke Sciberras, 24-Matthew Woo Ling - Coach: Johann Scicluna

    REFEREE: Philip Farrugia

    ASS. REFEREES:Luke Portelli, Dusan Petrovic

    RABA’ UFF: Slobodan Pet­ro­vic

    SKORERS:M. Woo-Ling 66 (SA)

    AMMONITI:K. Mcfarlane (SA)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Matthew Woo-Ling (SA)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0