Tirritorna Malta l-koppja Maltija li daret l-Asja b’€10 kuljum... 'Għandna proġett kbir li se jintgħoġob min-nies li jħobbu l-avventura'

  • Apr 22, 2019 19:25
  • Miktub minn iNews
"

    Wara 15-il xhar jduru minn belt għal-oħra fl-ikbar kontinent tad-dinja, Shaun u Sarah, koppja żagħżugħa Maltija, rritornaw lura f’art twelidhom propju ġimgħa ilu.

    Fil-bidu tas-sena, Inewsmalta.com, kien tkellem ma’ din il-koppja fejn spjegawlna l-isfida li kienu ħolqu huma, bil-għan li jgħixu u jifhmu aktar il-kultura Asjatika. Kienu qalulna li ddeċidew li jagħmlu sena jduru l-Asja b’€10 kuljum. Sarah spjegatilna li b’din it-€10, huma riedu jinkludu l-ispejjeż kollha, bħal titjiriet, visas, akkommodazzjoni, ikel u trasport.

    Intant, f’kumunikat li dan għamel dan il-portal għamel mal-koppja żagħżugħa jidher li t-tmiem ta’ din l-avventura kienet biss il-bidu ta’ ħafna avventuri oħrajn. Fi kliem Sarah u Shaun, “ħajjitna nbidlet kompletament minn mindu wasalna iżda ma jfissirx li se nieqfu hawn.” Komplew jgħidulna li se jkunu qed jiffukaw fuq idea ġdida li jikkrejaw filmati bil-Malti. F’dawn il-filmati se jkunu qed jispjegaw kif wieħed jista’ jsib ‘deals’ vantaġġjużi u tajbin, kif jagħmel ‘hitchhiking’ u informazzjoni utli oħra.

    Bla dubju, il-koppja żagħżugħa jonqoshom ħafna aktar avventuri jirrakontawlna permezz tal-paġna Whereto360, paġna li ħolqu huma fuq is-sit soċjali ta’ Facebook. Fil-fatt huma qalulna li, “ħa nkunu qed ngħidulkom aktar fuq affarijiet li rajna u għaddejna minnhom tul dawn il-15-il xahar.” Barra dan kollu, Sarah u Shaun se jkunu qed iżommuna aġġornati dwar safar fl-Ewropa u kif dawk li għandhom is-safar għal qalbhom jistgħu jgħaddu b’baġit baxx anke f’pajjiżi Ewropej.

    Ma stajtx ma nistaqsix lil Sarah u Shaun, issa xi jmiss għalihom fil-kaxxa infinita tas-safar. Mingħajr tlaqliq, it-tnejn qalulna li jinsabu eċitati ħafna li jkomplu jiskopru lil art twelidhom. “Nixtiequ, li nies li għandhom għal qalbhom dan it-tip ta’ safar ikunu jistgħu jiltaqgħu bejniethom u magħna, biex nibdew norganizzaw avvenimenti fejn dan jista’ jkun possibbli.”

    Wieħed jistħajjel li wara 15-il xhar ‘il bogħod minn Malta, Sarah u Shaun għandhom bżonn ftit mistrieħ biex jerġgħu jsibu posthom. Kuntrarju għal dan il-ħsieb, fi ftit ġranet oħra il-koppja għandhom safra ppjanata. Qalulna li din “se tkun totalment differentu milli għadna kemm għamilna.”

    Finalment, Sarah u Shaun tkellmu magħna dwar proġett ambizzjuż li żgur mhux forsi jekk jirnexxi se jkun qed jogħġob li dawn kollha li jħobbu l-avventura u n-natura. Iżda mingħajr ma nikxfu l-ebda sigriet li l-koppja żagħżugħa għandhom għalina, komplu segwu l-paġna tagħhom, Whereto360, għal aktar aġġornamenti dwar dak li se jkunu qegħdin jagħmlu.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0