'Żgur li min tefa’ dawn il-karti ma jridx liż-żewġ każini magħqudin... Tal-mistħija li għad hawn min irid jiżra' l-firda u l-mibgħeda fin-Naxxar'

  • Apr 22, 2019 18:15
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar jiem l-Kumitat tal-Għaqda Marija Bambina, Banda Vittorja u Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, urew sinjali ta’ għaqda reċiproka u “żorna l-Każini ta’ xulxin.”

    Minkejja din l-għaqda reċiproka u ġest ta’ għaqda fil-konfront tal-pika żejda li jista jkun hemm f’ċerti festi, persuna jew persuni mhux magħrufa waddbu xi karti bi kliem dispreġjattiv fil-konfront tal-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace.

    Fi kliem l-istess għaqda, “il-Kumitat ħa jieħu l-passi kollha meħtieġa skont il-liġi u qed inxandru l-filmat tas-CCTV cameras li ħa jingħata lill-awtoritajiet. Nappellaw biex kull min għandu xi informazzjoni jersaq ‘l quddiem ħalli din il-persuna tinqabad u titressaq biex tirrispondi għal għemilha.” Il-Kumitat kompla jgħid li, “żgur li min wettaq dan l-aġir ma jridx li nkomplu naħdmu flimkien.”

    Bl-istess messaġġ, l-Kumitat tal-Għaqda Marija Bambina, Banda Vittorja, wkoll ikkundanna dan l-aġir “imsejken.”

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0