In-nomina tal-Kandidat għall-Parlament Ewropew Robert Micallef appoġġjata mill-Professur Oliver Friggieri

  • Apr 22, 2019 15:36
  • Miktub minn iNews
"

    Robert Micallef issottometta n-nomina tiegħu bħala kandidat Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se ssir fil-25 ta’ Mejju. In-nomina tal-eks negozjatur tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea rċeviet l-appoġġ tal-Professur Oliver Friggieri li kiteb ittra ta’ appoġġ biex jirrakkomanda l-kandidatura ta' Micallef (annessa).

    Fi stqarrija, Robert Micallef qal li kien ta’ unur li rċieva l-appoġġ tal-Professur Friggieri, personalità li tissimbolizza l-għaqda fil-pajjiż u li kkontribwixxa immens għall-identità nazzjonali ta' Malta u l-artikolazzjoni tagħha barra l-pajjiż. Micallef iddikjara li beħsiebu jieħu ispirazzjoni minn Friggieri u, jekk jiġi elett, jaħdem bla qies biex jiżgura li r-reputazzjoni ta’ Malta tkun irrispettata u salvagwardjata madwar l-Ewropa.

    Robert Micallef iddikjara li, jekk jingħata vot ta’ fiducja mill-elettorat f’Mejju, huwa jwettaq id-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew b’dinjità u jippromwovi dejjem l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

    “Beħsiebni nuża l-esperjenza professjonali tiegħi fi Brussell mal-istituzzjonijiet Ewropej u bħala diplomatiku Malti biex nikkontribwixxi biex jinkisbu dawk l-għanijiet li l-aħjar jikkorrispondu mal-prijoritajiet ta’ Malta u Għawdex. Nemmen li l-Parlament Ewropew m'għandux ikun spazju ghall-battalji partiġġjani imma pjattaforma biex noħolqu opportunitajiet soċjali u ekonomiċi għal kulħadd ”- Robert Micallef.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0