Juventus jirbħu Scudetto doppju

  • Apr 22, 2019 14:13
  • Miktub minn iNews
"

    Juventus irnexxielhom jagħmlu rekord doppju fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta apparti li rebħu l-kampjonat tas-Serie A, kisbu suċċess ukoll fil-kampjonat Taljan tan-nisa .

    Fil-fatt din hija l-ewwel darba fl-istorja tal-football modern li tim tal-irġiel u ieħor tan-nisa ħadu l-kampjonat fl-istess ġurnata.

    Fil-fatt hekk kif it-team immexxi minn Massimiliano Allegri ħa t-tmien kampjonat konsekuttiv tiegħu, in-nisa Bianconeri mmexxija minn Rita Guarino ħadu l-kampjonat għat-tieni sena wara l-oħra grazzi għar-rebħa tajba li huma kisbu kontra Verona bl-iskor ta’ 3-0.

    Kienet Ekroth li fetħet l-iskor għal La Vecchia Signora sabiex Girelli u Aluko ssiġġillaw ir-rebħa għat-team tagħhom.

    F’kumment li tat il-coach Guarino hi qalet li din kienet okkażjoni speċjali li ż-żewġ skwadri tal-club ħadu l-kampjonat fl-istess ġurnata u faħħret lid-diriġenza Juventus li dejjem sabet l-għajnuna kollha sabiex jibnu tim b’saħħtu. Anke dan it-team tan-nisa ser ikun qed jikkompeti fil-UEFA Champions League femminili għall-istaġun li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0