Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ GasanZammit Motors Ltd

  • Apr 22, 2019 13:46
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union, permezz tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni, fil-jiem li għaddew iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-kumpanija GasanZammit Motors Ltd. Dan il-ftehim kollettiv, li huwa għall-tliet snin’ snin ikopri mll-2019 sal-2021, ġab titjib fil-pagi u fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-ħaddiema.

    Is-Segretarju tat-Taqsima David Darmanin jistqarr li dan il-ftehim kolletiv, li kien riżultat ta’ relazzjoni tajba li teżisti bejn iż-żewġ naħat, huwa frott il-ħidma imwettqa mill-istess ħaddiema li kkontribwew biex il-kumpanija tkompli ttejjeb il-ħidma tagħha, anke fi sfond fejn l-istess settur tal-karozzi jinsab għaddej minn perjodu pożittiv marbut ma’ andament ekonomiku tajjeb. Tenna: “Li dan il-ftehim kollettiv huwa wkoll impenn biex il-ħaddiema jkomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom u jkunu element ewlieni fit-tkabbir tal-kumpanija.”

    Min-naħa tagħha, Sarah Grixti Group HR Manager stqarret li: “Nirringrazjaw lil General Workers’ Union u lil ħaddiema kollha tal-koperazjoni u x-xogħol siewi li jagħmlu, li flimkien mal-ħidma tal-management u d-diretturi, huma rekweżiti important biex il-kumpanija tibqa’ miexja ’l quddiem.”

    Il-ftehim kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat minn David Darmanin Segretarju tat-taqsima GWU Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni, Jason Salib Shopsteward u minn Gaetan Dimech rappreżentant. F’isem il-kumpanija ffirmaw Stefan Deguara Chief Executive Officer u Sarah Grixti Group HR Manager

    Ritratt: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0