Aktar minn 16,000 tunnellata ta' skart mormi b'mod illegali miġbura fl-2018 mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni

  • Apr 22, 2019 13:21
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li s-sena l-oħra biss, id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni neħħiet aktar minn 16,000 tunnellata ta' skart mormi b'mod illegali. Dan qalu waqt żjara fil-parti magħrufa bħala Tal-Papa f'Birżebbuġa, fejn qiegħed isir xogħol estensiv mid-Diviżjoni. Huwa rrefera għall-importanza tax-xogħol li tagħmel id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni u qali li "din id-Diviżjoni tagħmel l-għalmu tagħha kuljum biex tiżgura li pajjiżna jinżamm nadif u miżmum sew, u aħna impenjati biex inkomplu ntejbu l-lokalitajiet tagħna, għall-ġid tal-komunità. Permezz ta' dan kollu, qegħdin niżguraw spazji aktar nodfa u siguri għall-familji tagħna, biex jitgawdew u jiġu apprezzati."

    Dan il-lokal fin-nofsinhar ta' Malta huwa wieħed mill-ħafna lokalitajiet li qegħdin jitnaddfu minn din id-Diviżjoni.

    Diġà nġabru iktar minn 128 tunnellata ta' skart minn din il-parti ta' Birżebbuġa. L-iskart kien jinkludi, fost l-oħrajn, terrapin, kartun u skart ta' kostruzzjoni. Għaxar ħaddiema kienu stazzjonati għal erbat ijiem esklussivament fuq dan is-sit biex ix-xogħol isir fl-iqsar ħin possibli. Fost diversi makkinarji użati nsibu l-użu ta' gaffef u tliet trakkijiet.

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali Deo Debattista tkellem dwar il-ħtieġa ta' aktar indafa f'pajjizna, dan għaliex tolqot lil kull wieħed u waħda minna b'diversi modi, kemm mill-aspett ta' saħħa, mill-aspett estetiku ta' pajjizna kif ukoll l-ekonomija tal-pajjiż li tiddependi ħafna fuq it-turiżmu. Debattista irringrazzja x-xogħol bla rażan tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni taħt it-tmexxija ta' Ramon Deguara għax-xogħol siewi li qed isir lejl u nhar, mit-Tnejn sal-Ħadd. Debattista kkonkluda billi ħeġġeġ lil-pubbliku Malti u Għawdxi sabiex nosservaw il-liġi u nibżgħu għal din il-ġawhra li għandna billi naħdmu għall-indafa pubblika iktar b'saħħita.

    Sal-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena id-Diviżjoni għat-tindif u Manutenzjoni, ġabret 'il fuq minn 4,500 tunnellata ta' skart illegali. Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni Ramon Deguara spjega kif din id-Diviżjoni hija kommessa li tkompli toffri dan ix-xogħol f'aktar lokalitajiet li qegħdin isofru minn abbuż ta' rimi ta'skart illegali. Deguara tkellem dwar il-bżonn li dan ix-xogħol jimxi id f'id ma' aktar infurzar. Din id-Diviżjoni qeda fi qbil mal-LESA biex jiġu nfurzati u għalhekk imnaqsa dawn l-illegalitajiet f'diversi postijiet madwar Malta.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li din l-inizjattiva tkompli turi biċ-ċar li l-Uffiċjali tal-Komunità, li fl-ewwel ta' Mejju li għadda ġew trasferiti mal-aġenzija governattiva LESA, qegħdin ikunu aktar viċin il-bżonnijiet tal-komunità u issa l-infurzar lokali ma baqax biss limitat għall-kontravenzjonjiet tat-traffiku iżda qed jimraħ f'oqsma importanti oħra bħal dak ambjentali. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-investiment li qed isir fl-operat tal-LESA se jwassal għal investiment fiċ-ċittadini tagħna għaliex issa bdew jingħataw servizz aħjar.

    Min jiltaqa' mal-bżonn li jirraporta każi ta' skart jista' jcempel fuq 1718 jew juża il-mobile app Clean and Upkeep.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0