''Indeskrivibbli... tfal jibdlu l-espressjoni ta' niket minn fuq wiċċhom meta jintebħu li hawn min ħaseb fihom fi żmien il-Għid''

  • Apr 22, 2019 12:54
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    L-Għid hija festa li tgħaqqad bosta familji u ħbieb flimkien biex jiċċelebraw dan il-jum tassew speċjali. Sinonimu mal-Għid huma proprju l-bajd taċ-ċikkulati li jżejjnu bosta ħwienet. Bosta huma dawk it-tfal li jirċievu xi bajda taċ-ċikkulata pero ħafna huma dawk it-tfal li jinsabu l-Isptar jew ġo xi istitut u għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jiċċelebraw b’dan il-mod.

    Il-fundatur tal-grupp ‘We give joy’, Lippu Zammit għamel appell biex jinġabru 50 bajda għat-tfal li kienu ħa jqattgħu l-Għid l-isptar. “Mhux talli ġbarna 50 imma l-ammont żdied għal 380 bajda taċ-ċikkulata,” qal is-Sur Zammit.

    Huwa qal li l-ħsieb wara dan kien biex jaħsbu f’dawk li qegħdin fil-bżonn li forsi mhux għaddejjin minn żmien sabiħ ħafna. “Verament b’ġest żgħir tista’ tferraħ u tgħamel differenza kbira f’ħajja ta’ xi ħadd. Tant hemm nies li għaddejjin minn ħafna li għandna naħsbu fihom biex ikunu jafu li mhumiex weħidhom u qed jaħsbu fihom, speċjalment fiż-żmien tal-festi.”

    Is-Sur Zammit qal li ħassu emozzjonat jara l-ferħ tat-tfal u spjega li fuq kull bajda insistew li min tah jikteb ismu ħalli t-tifel jew tifla li jirċievi l-bajda jkun jaf min ħaseb fih.

    Huwa qal li kien hemm tfal ta’ 6 snin li taw donazzjoni u saħansitra tfal li użaw il-pocket money biex jagħtu lura.

    Apparti fil-wards ta’ Disneyland, Fairyland u Wonderland it-380 bajda tqassmu ma’ Puttinu Cares, is-sorijiet tal-Ursolini, Dar Merħba Bik, Dar Qalb ta’ Ġesù, Richmond Malta, Dar Fra Diegu Ħamrun, Dar San Ġużepp Żabbar, Dar Sagra Familja Żabbar, Dar Santa Tereża Żurrieq, Dar Don Bosco Balzan, Dar Hosea u r-residenza tal-adoloxxenti f’Ħ’Attard.

    Apparti minn hekk, il-grupp ‘We give joy’ prepara ikla ukoll ġewwa x-xelter tal-YMCA sabiex jagħtu ikel bnin u sħun lin-nies mingħajr saqaf fuq rashom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0