Spekulazzjonijiet li l-Prinċep Harry u Meghan Markle se jagħmlu l-''Malta moment'' tagħhom

  • Apr 22, 2019 12:16
  • Miktub minn iNews
"

    Mhix xi ħaġa frekwenti li l-midja mill-Palazz tirreaġixxi għal rapporti rjali li jiġu ppubblikati. Bil-midja ffukata fuq l-attivitajiet tal-Prinċep Harry, Meghan Markle u t-tarbija rjali tant mistennija l-midja tal-Palazz bilkemm tazzarda tlaħħaq ma’ dak kollu li jiġi ppubblikat.

    Minkejja dan reporter tal-familja rjali fl-aħħar sigħat fi Tweet ipppubblikata qal li Buckingham Palace mhux jiċħad rapporti li Harry y Meghan jistgħu jkunu qegħdin jippreparaw biex isiefru bil-għan li jħallu mpatt fuq parti oħra fid-dinja.

    Il-possibilità li l-familja rjali jħallu l-palazz lejn l-Afrika qiegħda tkun ikkunsidrata bħala opportunità biex mhux biss ikomplu jaqdu dmirijiethom u jgħinu fil-karità, iżda b’xi mod jippruvaw jeħilsu xi ftit minn raġġ ta’ dawl li sar jgħiddi wisq b’saħħtu fuqhom f’dawn l-aħħar xhur.

    Persuni qrib il-koppja qegħdin jiddeskrivu dawn l-ispekulazzjonijiet bħala l-“Malta moment” jew il-perjodu bejn l-1949 u l-1951 meta r-reġina Eliżabbetta u l-Prinċep Philip ħallew pajjiżhom biex jaqdu dmirijiethom barra mill-pajjiż fosthom f’pajjiżna.

    Minkejja li dawn l-ispekulazzjonijiet jeħtieġu ħafna miżuri ta’ sigurtà u preparazzjonijiet, f’dan l-istadju ċ-ċaqliq tal-familja rjali lejn l-Afrika wara t-twelid tat-tarbija tant mistennija mhix xi ħaġa li ma tistax isseħħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0