“Ninfurmaw u nedukaw”... Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jisħaq li għad hemm ħtieġa kbira li naħdmu fuq l-ideat żbaljati marbuta mas-saħħa mentali

  • Apr 22, 2019 10:56
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, Dr John Cachia qal lil dan il-ġurnal li żewġ kelmiet li wieħed irid jirrepeti ta’ spiss meta nitkellmu fuq is-suġġett tas-saħħa mentali huma “ninfurmaw u nedukaw.”

    Spiss l-istigma kontra persuni b’mard mentali tinvolvi t-tixrid ta’ perċezzjonijiet mhux eżatti u negattivi. Ħafna drabi l-midja tpoġġi lil dawk li għandhom mard mentali bħala vjolenti u inkompetenti. Dawn it-tip ta’ sterjotipi minflok ma jkunu ta’ għajnuna għal min għaddej minn xi diffikultà, ikomplu jmermru lil dak li jkun. Pero kif dejjem jingħad is-saħħa mentali hija importanti daqs kemm hi s-saħħa fiżika. 

    Xhieda tal-importanza li dan il-Gvern jagħti għas-saħħa mentali qed narawha fl-investiment sostanzjali f’Monte Carmeli wara snin ta’ telqa u fl-estenzjoni tas-servizz psikjatriku miftuħ il-ġurnata kollha ġewwa l-Isptar Mater Dei, fost oħrajn. Kif spjega d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, mhuwiex biss permezz tal-proġett li qiegħed isir f’Monte Carmeli li qed tingħata spinta lill-qasam tas-saħħa mentali. Il-pjan Nazzjonali għas-Saħħa Mentali, li se jkun il-qofol għall-Istrateġija għas-Saħħa 2020-2030 jinsab lest wara diskussjoni pubblika. 

    Rigward l-isterjotipi li sfortunatmanet għadhom jeżistu marbuta mas-saħħa mentali, Dr Cachia qal li jeħtieġ bidliet radikali fil-kultura popolari u fil-perċezzjonijiet żbaljati b’għeruq li jmorru lura mijiet ta’ snin u li sfortunatament jiġu rinforzati b’kummenti u reazzjonijiet mhux f’lokhom.

    Dr Cachia spjega li għandna sfida sostanzjali li ġejja mill-midja soċjali, jiġifieri lil hinn minn ġurnali, radju, rivisti u televiżjoni. “Ir-reazzjonijiet u l-kummenti li tara huma rifless ta’ kif jaħsbuha n-nies u allura kemm għad hemm ħtieġa li naħdmu fuq l-ideat żbaljati b’kull mod possibbli.”

    Minkejja kollox, Dr Cachia jinsab pożittiv u jħeġġeġ biex wieħed ma jaqtax qalbu. “Inkomplu ninfurmaw. Ma nehdew qatt nedukaw.”

    Huwa fakkar kif bħala Uffiċċju, madwar sena u ħames xhur ilu, kienu għamlu kampanja dwar l-ideat żbaljati li hemm fis-soċjetà dwar dan is-suġġett u żgur mhux forsi li dawn il-messaġġi għadhom attwali u jeħtieġ li nkomplu ngħiduhom u nirrepetuhom.

    10 ideat żbaljati marbuta mas-saħħa mentali

    “Il-problemi ta’ saħħa mentali huma rari, jien qatt mhu se nkun milqut minnhom”: Fil-verità l-problemi ta’ saħħa mentali huma komuni ħafna u kull sena 1 minn kull 4 persuni jgħaddi minn xi problema ta’ saħħa mentali.

    “Is-saħħa mentali: kollox gej mill-moħħ”: Mhux minnhu għax il-problemi ta’ saħħa mentali ħafna drabi huma kkawżati minn sitwazzjonijiet li l-persuna tkun għaddejja minnhom bħal problemi fil-familja, jew mewt ta’ xi ħadd qrib.

    “Huma biss persuni dgħajfa li jaffaċċjaw problemi ta’ saħħa mentali”: Fil-verità li tesperjenza problema ta’ saħħa mentali mhix sinjal ta’ dgħufija u mhix xi ħaġa li għandha ġġiegħlek tistħi.

    “Persuni bi problemi ta’ saħħa mentali huma perikolużi u vjolenti”: Sfortunatament persuni bi problemi ta’ saħħa mentali ħafna drabi jkunu huma vittmi ta’ vjolenza u abbuż.

    “Il-pilloli huma l-unika soluzzjoni”: Fil-fatt jeżistu alternattivi oħra li jistgħu jintużaw skont il-każ.

    “Persuni bi problemi ta’ saħħa mentali ma jistgħux jaħdmu”: Fil-verità xogħol addattat f’ambjent li joffri sapport jista’ jkun parti essenzjali mill-proċess ta’ fejqan.

    “L-adoloxxenti u ż-żgħażagħ li għaddejjin minn żminijiet imqallba ħafna - m’hemmx għalfejn ninkwetaw għaliex dan hu parti mill-iżvilupp”: L-adoloxxenza hija perjodu iebes ta’ bidla u hemm riskju akbar li f’dan iż-żmien jiżviluppaw problemi ta’ saħħa mentali.

    “Is-saħħa fiżika u mentali huma totalment distinti minn xulxin”: Fil-verità dawn huma marbuta ħafna flimkien u m’għandhomx ikunu trattati separatament.

    “Il-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali posthom huwa fi sptar”: Huwa fatt magħruf li jeżistu ħafna forom ta’ kura oħra barra kura fi sptarijiet psikjatriċi.

    “Persuni bi problemi ta’ saħħa mentali ma jfiqux”: Dan mhux vera għax jekk jingħataw l-għajnuna meħtieġa, il-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jistgħu u fil-fatt joħorġu minn dawn il-problemi. Ma jfissirx neċessarjament li tfieq għalkollox imma titgħallem tgħix b’dawn l-esperjenzi filwaqt li jkollok kontroll fuq ħajtek.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0