Tarbija tmut abbord titjira destinata lejn ''ħajja ġdida''

  • Apr 22, 2019 09:44
  • Miktub minn iNews
"

    Il-ġenituri tat-tarbija ta’ xahrejn li mietet waqt titjira minn Kuala Lumpur lejn Perth kellhom pjanat li jibdew ħajja ġdida fl-Awstralja.

    Waħda mill-passiġġieri li għenet lill-ġenituri jieħdu ħsieb lit-tarbija abbord l-ajruplan qalet li l-koppja mill-Arabja Sawdita kienu fi triqithom lejn ħajja ġdida.

    Skont ma’ kien żvelat jidher li ċ-ċkejkna Farah bdiet tibki kontinwament, f’dawk li kienu deskritti mill-persuni abbord bħala sagħtejn  u nofs ta’ konfużjoni.

    Il-passiġġiera Nadia Parenzee kitbet tgħid li mill-ewwel indunat li kien hemm xi ħaġa ħażina u bdiet tgħajjat biex tara kienx hemm tobba abbord l-ajruplan.

    Parenzee żiedet tgħid li ħassitha onorata li żammet lit-tarbija li kienet fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajjitha u qalet talba għaliha qabel finalment mietet.

    Kelliem għal-linja tal-ajru AirAsia qal li mal-inżul tal-ajruplan kien hemm Pulizija, paramediċi u awtoritajiet mill-ajruport jistennew.

    Il-Pulizija u investigaturi forensiċi għamlu l-investigazzjonijiet neċessarji u ħadu l-kummenti tal-istaff li kien abbord l-istess ajruplan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0