Ditta ġdida ta’ skuters... Auto Sales Ltd. tħabbar il-wasla ta’ Ariic.

  • Apr 22, 2019 09:05
  • Miktub minn iNews
"

    Ariic hija ditta stabbilita li timmanifattura skuters, u hija waħda minn tal-ewwel li qed tintroduċi skuters sempliċi li jappellaw għad-domanda fis-suq.  Matul dawn l-aħħar għaxar snin, Ariic kienet impenjata li terġa’ tiddefinixxi t-trasportazzjoni li taħdem b’żewġ roti.  Xi jfisser dan għalik? Biex inżommu l-affarijiet sempliċi, Ariic toffrilek mobilita` bi prezz affordibbli, perfetta għall-ambjent tal-lum li dejjem qed ikompli jinbidel.

    Bħalissa hemm ħames mudelli disponibbli fis-suq, li huma offruti bi prezzijiet għall-but ta’ kulħadd – kollha li huma jibbenifikaw minn sentejn garanzija.  L-iktar mudell affordibbli, Sunny 1, huwa disponibbli fuq it-triq għall-prezz inkredibbli ta’ €1,850.  Dan huwa proprju leġġenda Taljana fi stil ta’ skuter li joffri soluzzjoni perfetta lil dawk il-bikers li tikkonċernahom ħafna t-teknoloġija.  Il-fatturi prinċipali ta’ Sunny 1 jinkludu kombinazzjoni magnetika fil-lock biex tipproteġi  fejn iddaħħal iċ-ċavetta tal-iskuter.  B’hekk tippromwovi s-sigurta` tal-iskuter fejn hemm ukoll l-inklużjoni ta’ tyre tubeless biex tassigura l-vjaġġi tiegħek.

    L-Ariic Lion 1 qed jinbiegħ għall-prezz ta’ €1,900, u huwa skuter robust bl-inqas spejjeż ta’ manutenzjoni possibbli.  Il-magni 125cc 4 stroke għandhom kapaċita` li jtellgħu veloċita` sa 85mph, li huwa iktar minn adekwat għall-użu f’toroq bħal tagħna.  Dawn l-iskuters ovvjament żgur se jgħinuk tevita linji twal ta’ traffiku.  Dan il-mudell partikulari għandu stil sempliċi iżda ddisinjat b’divesi fatturi attraenti bi stil tipiku taż-żmien tal-lum u seat spazjuż ħafna.

    Hemm ukoll il-mudell Ariic Slingshot, li huwa bi stil sportiv, dinamiku u fl-istess ħin jista’ jinsaq b’mod awtonomu.  Il-mudell Slingshot huwa lest għalik biex juri l-potenzjal tiegħu.  Il-fattur ewlieni tiegħu huwa li jinkludi magna air-cooled 125cc li tipprovdi effiċjenza superjuri fil-fjuwil, body ħafif ta’ 180kg biex joffri handling iktar sportiv, u disinn ġdid li jagħti l-aqwa manuvrabbilta`.  

    Mudell ieħor huwa l-Wing 8, bi prezz ta’ €2,000 fuq it-triq.  Dan huwa mudell immirat lejn demokrafika żgħira bi stil versatili u jgawdi minn kombinazzjoni ta’ magna four-cyclinder bl-aqwa performance.  Huwa skuter ħafif, versatili, u għandu chassis b’handling irraffinat.  Dan huwa wieħed mill-ikbar skuters li toffri d-ditta Ariic, u jiġi wkoll bi dwal LED fil-ġenb.  Jekk inti wieħed minn dawk li qed tfittex skuter ta’ ċertu kobor, allura l-Wing 8, żgur li jgħodd għalik.

    Finalment nagħtu ħarsa lejn Ariic Lion 3, li qed jinbiegħ bi prezz ta’ €2,050.  Dan il-mudell jattira demografika ta’ sewwieqa simili ta’ dak tal-mudell Lion 1.  Huwa ispirat minn stil retro bi kredibbilta` mill-aqwa.  Lion 3 għandu dik li tissejjaħ electric start bil-kick backup.  Huwa għandu magna 125cc, Euro 5 EFi b’pożizzjoni tas-sewqan superjuri.  Dan il-mudell joffri spazju ġeneruż fejn wieħed jista’ jerfa’ l-affarijiet tiegħu, fejn elmu joqgħod ukoll komdu taħt is-seat.  

    Sabiex tkun tista’ tara r-range tal-Ariic, tista’ żżur ix-showroom ta’ Auto Sales Ltd – Kind’s f’Ħal Liija, jew inkella żur is-sit elettroniku, www.autosales.com.mt.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0